Il-President tal-Għaqda Repubblika juża l-Fundazzjoni Falcone biex jattakka lil Yorgen Fenech meta dan l-anqas għadu għadda ġuri

Il-President tal-Għaqda Repubblika, Robert Aquilina, kompla bil-kampanja ta’ ħmieġ tiegħu kontra persuna li għadha tinżamm il-ħabs minkejja li għadda ż-żmien preskritt mil-liġi ta’ kemm persuna għandha tinżamm maqfula ġewwa Kordin fuq att ta’ akkuża, jiġifieri mingħajr ma tittella’ ġuri. Imma bħal dejjem, f’dan il-pajjiż insibu soluzzjoni legali għal kollox biex nabbużaw mid-drittijiet tal-bniedem!

Hawn qed nirreferi għal dan l-abbuż li qed isoffri Yorgen Fenech. Dan hu bniedem li għandu l-flus u qed jagħmlulu hekk. Kissrulu kull dritt legali tiegħu. Aħseb u ara x’jagħmlu dawn in-nies lill-persuni li ma għandhomx sold!

Imma minflok jiddefendi l-istat ta’ dritt, Robert Aquilina jakkuża lil Yorgen Fenech li mhux ser jieħu pjaċir jismagħhom jitkellmu dwar il-mafja li hawn f’pajjiżna! U biex jilħaq dan l-għan qed jinvolvi lill-Fundazzjoni Falcone. Ibqa’ fuq kliemi Robert Aquilina, li Giovanni Falcone qed jitqalleb fil-qabar jarakhom tagħmlu dawn l-atti u dawn l-oxxenitajiet legali!

Ma’ Yorgen Fenech, Robert Aquilina semma lili u lil Manwel Cuschieri u lil Keith Schembri. Jien ser nitkellem għalija. Mhux ser nieħu għalija li bil-pulit għajjarni mafjuż, għax dak li fisser meta tikteb li mhux ser nieħdu pjaċir li nisimgħuh jitkellem dwar il-mafja li hawn f’pajjiżi.

Infakkru li Ta’ Repubblika qalu li jien qed nieħu flus mingħand Yorgen Fenech u sal-lum ma ppruvaw xejn anki jekk bankiera spiċċaw jagħmlu audits fuq l-accounts tiegħi tal-bank! Infakkrek li jekk kien hemm xi ħadd li ħa xi rigali mingħand Yorgen Fenech, dan kien il-ħabib tiegħek Jason Azzopardi. Jekk kien hemm xi ħadd li gideb, dan kien il-ħabib tiegħek Jason Azzopardi u mhux Yorgen Fenech.

U dawn fatti u mhux għejdut.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *