Ikomplu s-sabutaġġi kontra l-kulleġġ ta’ St Albert: l-assistant head taggredixxi lir-Rettur u ssib issupport tal-MUT

Ilbieraħ s-Sibt, The Times of Malta tatna l-aħbar li kien hemm reżenji ta’ xi għalliema mill-kulleġġ St Albert. Din l-aħbar kienet repetuta mill-Media tal-PN, NET News. Mela skont The Times u Net News, din l-informazzjoni ngħatat mill-MUT li qalet li telqu xi għalliema minn dan il-kulleġġ. Li ma qalux ta’ The Times u Net News u li jien nafu minn għalliema li jgħallmu f’dan il-kulleġġ, li hemm numru żgħir ta’ għalliema minn St Albert li qed imorru jigdbu lill-MUT u l-MUT qed temmen il-gideb tagħhom. Infatti hemm rabja kbira fost il-maġġoranza tal-għalliema tal-kulleġġ St. Albert kontra l-MUT. Infakkar li fil-maġġoranza tagħhom l-għalliema ta’ din l-iskola baqgħu jagħtu s-servizz tagħhom. Fuq kollox dawn qed jitkellmu biss 25 fil-mija. Jiġifieri l-maġġoranza tal-għalliema qegħda wara l-kulleġġ.

Li ma qalitx The Times u Net News li d-Dumnikani kienu vittma ta’ sabutaġġ wieħed wara ieħor li saru ftit tal-jiem ilu. Qabel ma fetħet l-iskola, xi għalliema ħadmu biex ma tiftaħx l-iskola u saħansitra kienet ġiet imħassra u mħarbta t-timetable tal-iskola. Dan wassal biex l-iskola kellha tiftaħ jumejn wara. Ara dan il-fatt qatt ma ħareġ fil-media. Fuq dan ma titkellimx MUT u l-ġurnalisti tal-Woke media.

Li ma qalux The Times u Net News, li wara dan s-sabutaġġ, id-Dumnikani xorta rnexxilhom jiftħu l-iskola u kien hemm min beda tuġgħu żaqqu għaliex dan is-sabutaġġ ma rnexxiex. Infakkar li jekk dawn l-għalliema ma kienux kuntenti b’li ġara, dejjem kellhom id-dritt jitilqu qabel u mhux iħallu s-sena skolastika tibda.

Taf x’ma qalitx ukoll minn The Times u Net News, li l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, l-Assistant Head għamlet verbal abuse fuq is-segretarja tar-rettur. U x’ħin mar ikellimha r-rettur, l-Assistant Head keċċiet lir-rettur minn ħwejġu. F’dan l-istat jinsab illum dan il-kulleġġ grazzi għall-MUT. L-assistant head qalet lir-Rettur “itlaq il-barra minn hawn” u mbuttat lix-xhud li kellu miegħu li huwa impjegat tal-provinċja. Infakkar li r-rettur jiġi fuq din l-assistant head. Naħseb li l-editur ta’ The Times mhux ser jaċċetta azzjoni fejn jiġi bbulljat mill-ġurnalisti tiegħu u jgħidulu itlaq il-barra!

Imbagħad toħroġ l-MUT u tgħid li r-Rettur, jiġifieri Fr. Aaron Zahra, attakka lill-membri tagħha. L-MUT, The Times u Net News iridu jieqfu jiddefendu l-indifensibbli.

Ara dawn l-istejjer il-ġurnalisti ta’ The Times u Net News ma jgħiduhomx. Imbagħad għandna Prim Ministru li xeba’ jagħti flus lil The Times b’ringrazzjament tal-ħsara li dawn il-ġurnalisti qed jagħmlu. Mhux ta’ b’xejn li sitt xhur wara l-elezzjoni, il-Lejber sejjer lura.

Dak li jrid jingħad li hemm klikka żgħira ta’ staff u ġenituri li ma felħux jaraw id-Dumnikani jiftħu l-iskola. Issa dawn iridu jaraw kif ser jissabbutaw dan il-kulleġġ għaliex il-mentalita’ tagħhom hija li la ma erbaħniex aħna, infottu.

F’daqqa waħda, dawn il-ġenituri u dawn l-għalliema, li fil-parti kbira tagħhom huma anti-klerikali u jobgħodu lill-Knisja u l-qassisin, qed isibu appoġġ mhux biss ta’ The Times, imma issa anki ta’ Net News u strutturi okkulti oħra.

One thought on “Ikomplu s-sabutaġġi kontra l-kulleġġ ta’ St Albert: l-assistant head taggredixxi lir-Rettur u ssib issupport tal-MUT

  1. jiena nifhem li fejn hemm ir-raguni kull problems tista tisaffa mill affarijiet kontrarji u biex dan irid ikunhemm l-irgulija is-sincerita u jitnehha kull dubju li jwassal biex il problema tigi solvuta ghal gid kommuni ghal kulhadd

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *