Dione Borg reġa’ għamilha

Nibda biex nirringrazzja lil Dione Borg li lbieraħ sab ħin biex jwieġeb għall-artiklu tiegħi li ktibt dwar il-fatt li organizza programm dwar il-faqar u ma stiedinx lill-kelliem dwar dan is-suġġett tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta.

Minflok iffoka fuq dan il-fatt qal biss li dan kien programm dwar il-faqar u kien hemm opinjonisti biss “kif isir f’ħafna programmi”. Interessanti il-kliem li wża – kif isir f’ħafna programmi. Mela mhux dejjem ikun hemm opinjonisti biss. Allura veru li l-ġimgħa l-oħra fuq il-programm tiegħu kellu lil Joe Giglio. Ara dak in-nhar ma ħassx li kellu jkun hemm opinjonisti biss! Dione Borg ħass li kellu jkollu opinjonisti biss meta ddiskuta settur li l-kelliem tiegħu huwa Ivan Bartolo tal-Mosta!  Imma meta jrid jew jaqbillu, Dione Borg jistieden deputati bħal ma għamel il-ġimgħa l-oħra meta stieden lil Joe Giglio. B’min irid idaħħaq Dione Borg!

Mela għala f’dan il-programm dwar il-faqar ma stiedniex lil Ivan Bartolo tal-Mosta u fil-programm tal-ġimgħa l-oħra stieden lil Joe Giglio? Mela Ivan Bartolo għandu l-pesta? Ara dwar dan il-fatt, li kien fiċ-ċentru tal-artiklu, Dione Borg ma tana l-ebda tweġiba imma qal li jien erġajt għamiltha!

Jekk Dione Borg irid jibqa’ jiġi rispettat irid jieqaf jilgħab din il-logħba maħmuġa li qed jilgħab. Finalment, nerġa’ ngħid. Illum ħadd ma għadu jafda lil Dione Borg fil-Partit Nazzjonalista. L-anqas l-istess nies ta’ Bernard Grech. Biss ser iħalluh joqgħod fuq quddiem fil-kampanja tal-Ewropa ħalli kif jitlef il-Partit Nazzjonalista, iwaħħlu fih.

Issa l-qarrejja jistgħu jiddeċidu min minnha t-tnejn reġa’ għamilha!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *