Mhux l-iskejjel kollha tal-Knisja ser jieħdu sehem fl-attivita’ li ser issir għall-istudenti tagħhom biex titfakkar Daphne Caruana Galizia

Ilbieraħ t’lura, dan is-sit ippubblika storja fejn fiha ntqal li ta’ Repubblika ftehmu mal-Ġiżwiti biex jorganizzaw attivita’ biex titfakkar Daphne Caruana Galizia. Din l-attivita’ hija mmirata għall-istudenti li jattendu fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja. Din l-attivita’ ser issir ġewwa l-kulleġġ ta’ Sant’Agata.

Dan is-sit jinsab infurmat li mhux ir-retturi kollha tal-iskejjel tal-Knisja qablu ma’ din l-attivita’. Hemm retturi li qed iqiesu din l-attivita’ bħala waħda ta’ politika partiġġjana u għalhekk iddeċidew li ma jieħdux sehem u jqassmu l-consent form lill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel tagħhom.

Kien hemm minn ma beżgħax mill-pressjoni li kienet qed issir biex l-iskejjel tal-Knisja kollha jkunu nvoluti f’din l-attivita’ u qaluha ċara li mhux ser jieħdu sehem fiha.

2 thoughts on “Mhux l-iskejjel kollha tal-Knisja ser jieħdu sehem fl-attivita’ li ser issir għall-istudenti tagħhom biex titfakkar Daphne Caruana Galizia

  1. Ma kienetx xi ROLE MODEL #DCG f’hajjietja u certament u kull ma hi din ATTIVITA POLITIKA u PARTIGANA !

    Tgjidu kollox fuq #DCG li FIL blog linkienet izomm ma tantx xerrdet ezempju tajjeb ghax wegghet hafna nies sforz IL -klassmu , ghira u rabja li kellha!

    Mhux weghet biss , imma kisret hafna nies u familji bla ebda’ rispett lejn morda, familji u tfal!

    Saqsu il- Adrian Delia kif kisrietu qabel ma beda u x’konsegeenzi baghta ghax f’mumment ta’ Rabia ….u GUSTIFIKATA , meta kienet FETHET l-attakk taghha fuq Alex Borg Olivier u sejhilha #BiccaBlogger!

    FIL blog taghha #DCG kienet tuza’ titli ferm aktar dispregevoli u horox minn hekk ….ghal aktar minn GHOXRIN SENA !

    STAT TA’ FATT !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *