Dione Borg ikkritikat talli għamel programm fuq il-faqar u ma stiedinx lill-kelliem Nazzjonalista fuq dan is-suġġett

Ilbieraħ fuq NET TV kien hemm programm fuq il-faqar immexxi mill-ġurnalista Dione Borg li jridha tal-palandin tal-liberta’ tal-espressjoni. Illum, dan il-ġurnalista qed jispiċċa assoċjat mat-theddid tad-demokrazija u l-liberta’ tal-espressjoni fil-Partit Nazzjonalista.

Dan mhux qed ngħidu jien, imma issa qed jgħiduh persuni fil-miftuħ fuq il-Facebook. Hawn qed inġib kumment imtella’ minn persuna li ħassu disgustat li NET jagħmel programm fuq il-faqar u ma jistidinx lill-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista fuq dan is-suġġett, jiġifieri d-deputat Mosti, Ivan Bartolo.

Minflok Dione Borg ipprefera li jistieden lid-deputat Joe Giglio. Ġew mistiedna ukoll Fr. Marcellino Micallef u Andrew Azzopardi u persuna mill-Caritas fost l-oħrajn. Ma hemm xejn ħażin li jkun mistieden id-deputat Giglio imma li Dione Borg iħalli barra lil Ivan Bartolo hija verament tal-mistħija. Giglio ma jistax jieħu post Bartolo. Fuq kollox, Giglio mhux il-kelliem fuq il-faqar u l-inqas wieħed li jista’ jitkellem fuq dan is-suġġett.

One thought on “Dione Borg ikkritikat talli għamel programm fuq il-faqar u ma stiedinx lill-kelliem Nazzjonalista fuq dan is-suġġett

  1. Hemm zball fil-kitba li wiehed ma jistenniex ghax Joe Giglio ma giex mistieden jitkellem fuq il-faqar imma fuq l-immigrazzjoni f’episodju precedenti tal-programm Opinjoni. Il-punt ewlieni li kellu wkoll jistieden lil kelliem tal-PN fuq il-faqar (kif ghamel b’Giglio fuq l-immigrazzjoni) huwa validu fl-opinjoni tieghi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *