Ranier Fsadni jħares b’mod pożittiv lejn ir-rebħa ta’ Giorgia Meloni
Minn osservatur politiku
Fl-artiklu tiegħu fit-Times tas-6 ta’ Ottubru, Ranier Fsadni uża kliem ta’ tifħir lejn Giorgia Meloni li se ssir l-ewwel Prim Ministru mara tal-Italja. Infatti, Fsadni ħareġ ifaħħar lil Meloni li wżat is-sloga ‘Alla, Pajjiż u Familja’. Mhux talli faħħarha fl-artiklu tiegħu fit-Times imma qabeż għaliha fost dawk li jsejħulha Faxxista. Hu kiteb li mhux Mussolini biss kien juża dak is-slogan, u ta diversi eżempji ta’ nies u organizzazzjonijiet rispettabbli li wżaw slogans simili.
Infakkar li f’Malta, Adrian Delia kien kap li ma beżax juża dan is-slogan ta’ Reliġjon u Pajjiż u kien għamlu l-islogan tiegħu. B’hekk anki f’Malta hawn politiċi li ma jibżgħux jiddefendu l-għeruq politiċi tal-partit tagħhom.
Mhux hekk biss, Fsadni faħħar lil Meloni li mhux lix-xellug biss kissret fl-elezzjoni, imma kienet kapaċi tegħleb ukoll lil Berlusconi u lil Salvini li bħala huma ġejjin mil-lemin.
Hija ħasra li ġrupp ta’ individwi fil-Partit Nazzjonalista ma ħallux lil Adrian Delia jaħdem. Illum dawn kollha jduru mal-figura – tajba u ħażina – ta’ Daphne Caruana Galizia. Infakkar li dawn daru kontra Adrian Delia internament sakemm neħħewh għaliex kien favur l-użu ta’ dan l-islogan.
Nieħu pjaċir li Fsadni qed jikteb b’dan il-mod għaliex qed juri kemm l-establishment għamel żballji u jekk il-Partit Nazzjonalista jrid jerġa’ jidħol fil-logħba politika, ir-religjon u pajjiż iridu jerġgħu jkunu fuq quddiem u dan irrispettivament mill-fatt, li hemm Kurja u establishment reliġjuż, biċċa waħda mat-truppa ta’ Repubblika, u kif din irnexxilha tkisser lill-Partit Nazzjonalista, illum ser tkisser lill-Knisja.

Agree 100%.
Imbaghad taht it tmexxija ta’ Bernard Grech ikun hemm telefonati mill-ufficcju tal-istess Bernard Grech lil deputati tal-PN biex ma jiehdux ritratti bil kurcifiss warajhom. Isthi Bernard Grech jekk taf kif.