Tal-Lovin Malta u ta’ The Times joħorġu jagħtu daqqa d’id lic-CEO ta’ Farsons wara li ġie kkritikat fuq dan is-sit

Kif appena dan is-sit ippubblika l-artiklu “Ic-CEO ta’ Farsons jeħodha kontra l-iżvilupp li Joseph Portelli jrid jagħmel fix-Xlendi. Sew jagħmel. Imma jrid idur dawra miegħu nnifsu” ħarġu mill-ewwel tal-LovinMalta u ta’ The Times biex jgħinu lill-istess CEO ta’ Farsons.

Iżda dawn il-ġurnali ma qalux kelma fuq dak li kkritika dan is-sit. Dawn il-ġurnalisti ma semmew xejn fuq l-ilma tal-pjan li qed juża Farsons. Lanqas għamlu referenza lejn dak li għandu jwieġeb għalih is-CEO dwar l-ambjent.

Xejn, ma ssib xejn. Imma l-importanti hu li dawn il-gazzetti jbusu l-id li jridu maqtugħa.

Jekk xejn urewna kif jaħdmu l-klikek fil-qasam ġurnalistiku. Wara li ġie pubblikat l-artiklu msemmi aktar ‘l fuq, xi ħadd ġibed l-attenzjoni tat-Times of Malta biex isibu xi ħaġa biex jaljenaw l-istorja msemmija li kien qed jinħela ħafna ilma tal-pjan biex jiġu bottiljati l-birra u s-soft drinks li ovvjament huma ta’ importanza kbira għal Farsons.

Fil-fatt it-Times f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa ħarġet tgħid li l-fabbriki tas-sement użaw 95 miljun litru ta’ ilma tal-pjan fl-2019. Din l-informazzjoni kienet tagħmel parti minn risposta għal mistoqsija parlamentari li ħadd ma rrapporta. Imma kienet importanti bħala informazzjoni biex jiddefendu dak li jsir għand Farsons peress li jintuża kwantita’ kbira ta’ ilma tal-pjan.

Kellu jkun artiklu mtella’ fuq dan is-sit li qajjem dan l-interess kbir li wassal biex il-mainsteam media tiddefendi lis-CEO ta’ Farsons wara li kiteb dak li kiteb. Dawn iż-żewġ djar tal-aħbarijiet ħassewhom fi dmir biex jiktbu xi ħaġa biex jaljenaw dak li kiteb dan is-sit. Kienet importanti għalihom li ma jħallux l-attenzjoni fuq Farsons, allura ħarġu b’artikli relatati.

Huwa nkredibbli kif meta jkun hemm ftit kritika fuq xi ħadd qrib ta’ ċertu djar tal-aħbarijiet, mill-ewwel joħorġu jiddefendu lill-istess persuna jew lill-kumpanija.

Dan juri ċar li meta toqros il-ħbieb jwieġbu ħbieb oħrajn jew saħansitra l-ħbieb tal-ħbieb.

2 thoughts on “Tal-Lovin Malta u ta’ The Times joħorġu jagħtu daqqa d’id lic-CEO ta’ Farsons wara li ġie kkritikat fuq dan is-sit

  1. Spot on DOTTORE! MASONERJIHA JOURNALISTIKA MALTIJA FEJN IL MEDIA QEDA HEMM BIEX JINQDEW IL POWER BROKERS MOHBIJA!! “Imma l-importanti hu li dawn il-gazzetti jbusu l-id li jridu maqtugħa.” & “Dan juri ċar li meta toqros il-ħbieb jwieġbu ħbieb oħrajn jew saħansitra l-ħbieb tal-ħbieb.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *