Where your opinion counts

Laqgħa taħraq tal-grupp Parlamentari Laburista: biża’ kbir fil-Lejber mill-elezzjonijiet tal-Ewropa.

Is-Sibt li għadda saret laqgħa taħraq tal-grupp Parlamentari Laburista. F’din il-laqgħa tkellem, kif mistenni il-Prim Ministru, Robert Abela. Fiha ma ddejjaqx jgħid li nofs il-kabinett mhux qed jipperformja. Huwa kompla jgħid li hemm letarġija sħiħa u ħadd ma jrid jieħu d-deċiżjonijiet.

Dak li qal il-Prim Ministru huwa kollu minnu. Tant li dan is-sit jinsab infurmat li l-anqas liġijiet ma għandu l-gvern x’itella’. Il-whip tal-grupp parlamentari spiċċa l-ħin kollu jiġri wara l-membri tal-kabinett u jibgħatilhom messaġġi biex itellgħu l-abbożżi tal-liġijiet.

Din il-laqgħa ġie wara laqgħa oħra li kellu l-istess Prim Ministru u l-kap taċ-ċivil ma’ membri għolja taċ-ċivil u tal-awtoritajiet fejn għal darba oħra dawn tkellmu dwar il-letarġija li hemm u li ħadd ma jrid jieħu deċiżjonijiet.

Il-verita’ hija li ħadd ma jrid jieħu deċiżjonijiet għaliex kulħadd qed jibża’ li ma jsibx ħajt ta’ kenn. Fi kliem ieħor jekk xi ħadd jieħu deċiżjoni, hemm biża’ reali li ma jkunx hemm backing u jekk il-media jew ta’ Repubblika jiftħu ħalqhom, il-Prim Ministru jżomm magħhom u mhux ma’ min ikun ħa xi deċiżjoni. Fi kliem ieħor ħadd ma jrid jieħu deċiżjoni għaliex jafu li min jieħu xi deċiżjoni li ma toġgħobx lill-media tal-liberali jew lil ta’ Repubblika, mhux ser isibu ħajt ta’ kenn fil-prim ministru.

Imma d-dwejjaq u d-disgruntlement huwa kbir fil-grupp parlamentari Laburista. Anki fil-backbenchers hemm disgruntlement kbir u l-Prim Ministru pprova jilgħab fuq dan il-fatt. Fi kliem ieħor, ħa din l-okkazzjoni tal-laqgħa tal-grupp parlamentari biex jgħid li hemm nofs il-kabinett li mhux qed jipperformja. Hu seta’ qal dan il-kliem fil-laqgħa tal-grupp tal-kabinett. Normalment, dan huwa l-forum fejn fiha l-prim ministru għandu jagħmel rimarki bħal dawn. Imma hu ħa l-parir li jgħid dan f’laqgħa li għaliha kellu jkun hemm il-backbenchers ukoll.

Din ittieħdet minn dawk preżenti bħala twissija jew tbeżżiża lil dawk il-ministri li mhux qed jaħdmu jew mhux lesti li jieħdu d-deċiżjonijiet li huwa lest li jibdilhom ma’ membri tal-backbench. Fi kliem ieħor, ipprova jġelled lill-ministri mal-backbenchers. B’hekk din qalha quddiem il-backbenchers biex jagħti ukoll ftit ta’ tama lil dawk il-backbenchers li jixtieq post fil-kabinett u jnaqqas id-disgruntlement li hemm kontra tiegħu f’dan il-grupp. Ħafna ħadu li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, reshuffle fil-kabinett huwa fil-qrib.

Dan is-sit jinsab infurmat li dan il-paniku kollu ġew għaliex hemm biża’ li fl-elezzjonijiet Ewropej l-Partit Laburista jmur ħażin. F’din il-lagħqa, barra l-Prim Ministru, tkellem anki Daniel Micallef. Daniel Micallef ammetta quddiem il-grupp parlamentari kollu li l-aħħar elezzjoni li għaddiet ma kienetx l-ikbar rebħa tal-Partit Laburista. Micallef qalha ċara. Il-Partit Laburista rebaħ b’dik il-maġġoranza kollha għax kien hemm numru kbir ta’ nies li ma vvutawx. Fi kliem ieħor, Micallef spiċċa jagħmel l-istess analiżi li għamel dan is-sit dwar din l-elezzjoni.

Issa l-paniku huwa kbir għaliex ħafna Laburisti qed jheddu li ma joħorġux jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Ewropej. B’hekk l-astenzjonijiet fil-Lejber sejrin jikbru. Fuq kollox, l-amministrazzjoni stess Laburista qed tħossu dan u taf li hemm numru ta’ Laburisti ġenwieni mweġġgħin. Taf li dawn il-Laburisti dejjem kienu wara l-Partit Laburista, inkluż meta il-partit għamel snin twal fl-Oppożizzjoni. Illum huma dawn il-Laburisti li qed jgħidu li mhux ħerġin jivvutaw.

Fuq kollox meta l-amministrazzjoni qed tavviċina nies ta’ ċertu profil biex joħorġu għall-elezzjonijiet tal-MEPs mal-Lejber, dawn mhux qed jaċċettaw.

Dan kollha jikkonferma l-istat ta’ kriżi li dieħel fih il-Partit Laburista u qed ikompli jagħti x’jifhem li jista’ jkun hemm reshuffle qabel l-elezzjoni tal-Ewropa.

5 thoughts on “Laqgħa taħraq tal-grupp Parlamentari Laburista: biża’ kbir fil-Lejber mill-elezzjonijiet tal-Ewropa.

  1. “mhux ser isibu ħajt ta’ kenn fil-prim ministru.”

    I have long sensed that Abela is no Muscat. Too frightened of certain loudmouths. He should believe that being strong is the only hope for the non-committed to keep giving The Movement their support.

    It is the PM that is obviously the one who should take a strong stand and send clear signals to all!

  2. I am sorry but I do not believe your rumors and comments- this is another way of instigating Labour supporters to go and vote. It is a Deja Vu like the General Election.

    It is a pity in this country that Politicians can do whatever they like and still reverted as Demi gods. The People should have the strongest voice – the country is ours with our taxes and the people should understand this once and for all.

Leave a Reply to Ma noqgħodx il-Fgura Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *