Kunsillier Laburista jikteb lil dan is-sit dwar il-qagħad imwegħra tal-gvern

Għażiż Prof. Mercieca,

Ftit tax-xhur ilu kont ktibtlek li xtaqt ngħaddilek il-ħsibijiet tiegħi ta’ dak li għaddej minnu il-PL fil-Gvern bħallissa. Jiena Kunsillier f’lokalita li bħal bosta għaddejja minn problemi li niltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Ma’ dawn il-problemi iżda jkun hemm minnhom li jispikkaw u tkun trid l-għajnuna tal-politiku sabiex tressaq ilmenti li jkunu ġenwini u mressqa minn nies li bil-vot tagħhom tahom is-seta li jmexxu. 

Il-PL bħallissa għalxejn qiegħed jippoppa li huwa xi Gvern li qiegħed man-nies jew jisma’, għaliex minn dan mhu veru xejn. Spiċċa kopja tal-gvern ta’ Gonzi bejn l-2008 u l-2013. Meta titkellem ma’ membri parlamentari li huma ‘heavy weights’ fil-Gvern, kollox iwa jgħidulek, iżda meta tkun qed tistenna risposta issir taf li diġa’ ħadmuk u ftehmu xi ħaġa oħra minn wara dahrek, għaliex inti ma’ qbiltx ma’ ċerta deċiżjonijiet li ttieħdu jew li ser jittieħdu. 

Jekk tikteb xi ħaġa fuq il-mezzi soċjali, pront qed ikunu dawk li qegħdin ippappuwa fil-ministeri jew fl-entitajiet li jċempulek u jtuk tgħajjira, anki minn Ministri stess qegħda tiġri din. Membri u delegati bħalissa qegħdin iħossu li ma’ tistax titkellem jew turi d-diżappravazzjoni tiegħek għal ċerta deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu. 

Dr. Abela irid iqum mir-raqda li daħal fiha u jisma’ dak li tassew iridu n-nies għaliex il-ministri, segretarji parlamentari flimkien mad-deputati moħħhom biss kif ser jkabbru il-voti fid-distrett tagħhom u mhux kif jagħmlu l-ġid komuni. Saret in-norm li d-deputati jgħaddu romblu minn fuq kulħadd l-importanti li jkunu eletti fl-elezzjoni li ġejja u addio l-ħsara li qegħdin jagħmlu lil l-Ibliet u lil rħula tagħna. 

Dr. Abela irid jikkunsidra ineħħi id-distretti u nivvutaw għal partit, hekk biss Malta tista tieħu r-ruħ, il-bqija ifred u saltan. 

Għalissa ser nieqaf hawn, biss ser tisma’ aktar minn għandi.

Tisijiet, 

Jekk joġgħbok nixtieq li nibqa’ anonimu. 

PS. Il-persuna li bagħtitli din l-ittra tatni l-ismu tagħha imma għar-raġunijiet ovvji, l-isem tagħha qed jinżamm mistur.

3 thoughts on “Kunsillier Laburista jikteb lil dan is-sit dwar il-qagħad imwegħra tal-gvern

  1. Iva la talbek ekk u int accetajt zomm ismu mistur. imma int taf daqsi li din il kwalita ta neis dejjem hsara kull fejn kienu ghamlu.

  2. Not surprised at all re this situation…and since there is no opposition, and it seems that the opposition is happy as it is, this situation will definitely worsen

  3. Jiena kont laburist kbir meta kont izaghar imma li illum ghandi 66sena u that Dan il gvern u mhux tissa biss imma ilna serenity hekk li tal qaiba li ghandu Vot wiehed bhali qejjed ippapija tajjab,illi zewg ellezzjoniniet ma niv vote,u illi najd issa wasal izzmien li kif qal dan ir ragel tivvota ghall partit halli certi nies jalqu halqom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *