Ic-CEO ta’ Farsons jeħodha kontra l-iżvilupp li Joseph Portelli jrid jagħmel fix-Xlendi. Sew jagħmel. Imma jrid idur dawra miegħu nnifsu

Sewwa jagħmel is-CEO ta’ Farsons jiddefendi l-ambjent u joħroġ kontra l-proposta tal-iżviluppatur Joseph Portelli li jrid jibni max-xatt tax-Xlendi.

Imma dan is-CEO m’għandux jgħidilna xi ħaġa dwar il-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan? Jista jgħidilna kemm il-litru kubu jtella’ biex jagħmel il-birra u l-luminata għall-profitti tal-familja Farrugia?

Veru li jimpjegaw in-nies magħhom, imma wieħed jistenna li qabel jikkritika negozjant sieħbu, s-CEO ta’ Farsons għandu l-ewwel jipprova jtejjeb l-ambjent bl-azzjonijiet tal-kumpannija li jmexxi. Nafu li Malta għandha problema serja ta’ skarsezza ta’ ilma, iżda minkejja dan kieku dawk li jibbottiljaw ix-xorb f’Malta ma jiġbdux daqshekk ilma tal-pjan li aktar minn terz tiegħu jispiċċa jinħela minħabba l-proċess li hemm bżonn biex issiru s-soft drinks, kieku l-problema tkun ferm inqas.

U kumbinazzjoni f’dan il-pajjiż, Farsons hi waħda mill-kumpanniji li l-media tibża tmiss.

Dawn biddlu art li suppost hi għal fabbriki fi żvilupp kummerċjali b’ristoranti u affarijiet oħra. Imma ħadd ma qal xejn fuqhom. Kulħadd tbissmilhom, għax dawn mhux Portelli jew Tumas.

Is-soltu ipokrezija Maltija.

One thought on “Ic-CEO ta’ Farsons jeħodha kontra l-iżvilupp li Joseph Portelli jrid jagħmel fix-Xlendi. Sew jagħmel. Imma jrid idur dawra miegħu nnifsu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *