Il-protesta tal-bieraħ saret biex Bernard Grech isalva ġildu

Minn osservatur mid-Dar Ċentrali

Kif kien qal tajjeb dan is-sit, il-protesta tal-bieraħ mill-Partit Nazzjonalista saret biex Bernard Grech isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista. Għall-inqas kienet protesta maħsubha biex Bernard Grech joħroġ jidher li hu b’saħħtu.

Mela l-protesta tal-bieraħ kienet biss appuntament tal-PN miegħu nnifsu. Li kieku l-PN għandu tassew għall-qalbu l-poplu, kieku kien jagħmel din il-protesta wara l-budget, u mhux qabel.

Fil-group parlamentari Nazzjonalista kien hemm u għad hemm sfiduċja sħiħa fil-kap. L-idea li Bernard Grech jagħmel din il-protesta kienet għalhekk biex tafferma lilu bħala l-kap. Għalhekk, l-iskop ta’ din il-protesta ma kienx il-kwalita’ ta’ ħajjitna iżda x’saħħa għandu Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista.

Dan il-fatt ġie kkonfermat minn Ivan Bartolo tas-6pm fuq Newsbook, meta qal li l-PN jeħtieġ jirritorna għas-70ijiet u 80ijiet. Iżda dak li Onorevoli Bartolo qed jinsa huwa li l-PN tal-lum mhux l-istess partit tas-snin 70 u 80. Dik hija l akbar kriżi tal-PN. Il-PN għandu kriżi ta’ identita’. Qabel ma’ il-PN jirrikonċilja internment irid jirikonċċilja mal-kriżi li nħolqot bit-tkeċċija ta’ Adrian Delia minn dawk li għandhom aġenda liberali fil-Partit Nazzjonalista. Il-PN sar partit li ma għadux jingħaraf minn dak li kien fis-70ijiet u 80ijiet.

Wieħed irid jiftakar li kien hemm ħafna tgergir fil-PN minħabba li Bernard Grech għamel ġimgħat nieqes mill-partit fejn kien fuq vaganza personali. Issa Bernard Grech kellu juri li hu kapaċi jiġbor il-folla. Issa jekk dan ntlaħaqx jew le nħallu għall-analiżi interna. Żgur li f’livell ta’ protesta, dik tal-bieraħ kienet tħabbatha ma’ dik li jorganizzaw ta’ Repubblika. Issa l-onus qiegħed fuq dawk ta’ Repubblika biex ikollhom aktar nies fil-protesta tagħhom ta’ ġimgħatejn oħra. Żgur li kellu massa ta’ nies li jkollhom ta’ Repubblika s’issa. Għaliex dan ser ikun il-kejl li ser jintuża. B’hekk iċ-ċans hu li Bernard Grech ser jibqa’ kap.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *