Il-protesta tal-bieraħ: attendenza ta’ madwar 2000 ruħ
Minn korrispondent mid-Dar Ċentrali
Jien kont wieħed minn dawk 2000 ruħ li morna l-protesta tal-bieraħ fil-belt Valletta.
Jien mort biex nisma’ l-proposti tal-PN ħalli nara kif ser jikkumbatti l-ogħli tal-ħajja.
Jiddispjaċini li ma smajt xejn minn dan kollu. Għalija din kienet manifestazzjoni marbuta mal-karattru tal-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Imma n-nies proposti jridu jisimgħu u jkunu jafu kif jistgħu jkunu mgħejjuna u mhux eloġji. Għalija ma kien hemm l-ebda proposta biex tgħinni.
Stajt nara l-palk fil-kantuniera biex fil-ġnub ma jkunx hemm nies. Mossa tajba. Il-folla kienet ta’ 2000 ruħ. Dan ifisser li kien hemm 10% tat-tesserati fil-PN.
Imma hawn qiegħed l-iżball tal-PN. Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jħalli l-bibien miftuħa. Waqt li l-PN ma għamel l-ebda proposta, il-gvern ta’ Robert Abela kompla bil-proposti tiegħu. Mhux ser niddejjaq ngħidha. Jien qed niffranka 400 euro fis-sena fuq id-dawl u ser ingawdi minn żieda da 9/10 euro fil-ġimgħa.
Dan hu x-xenarju li jrid jiġġieled fih il-Partit Nazzjonalista.
Imbagħad smajt lis-Segretarju Nazzjonalista, Michael Piccinino jgħid li numri mhux importanti. La jaħsibha hekk hu, good luck to him. Imma joqgħod attent kemm juża din l-espressjoni għaliex il-messaġġ li qed jibgħat huwa dak li l-vot tan-nies mhux importanti u ma jiswiex il-vot tagħhom, għaliex dawk huma wkoll numri!
