Skont is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, l-attendenza ma għadhiex importanti għall-protesta tal-lum
Minn osservatur politiku
The Malta Independent on Sunday tkellmet mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, biex tisma’ minn għandu r-raġunijiet għaliex il-Partit Nazzjonalista organizza protesta, ħmistax-il ġurnata biss wara l-festi tal-Indipendenza meta lanqas indenjaw ruħhom jorganizzaw mass meeting, xi ħaġa sinonima ma’ dawn l-istess festi.
Xi ħaġa tal-iskantament u li ma tantx tifhimha huwa dak li qal l-istess Piccinino fuq dan is-suġġett. Skont din il-gazzetta, is-Segretarju Ġenerali qal li: Turnout for today’s national protest is of secondary importance”. Jiġifieri għal Piccinino u għall-Partit Nazzjonalista mhux daqstant importanti kemm ikun hemm nies. Allura kif ser jikkonsidraw jekk il-protesta kienitx suċċess jekk ma janalizzawx kemm kien hemm nies għall-istess protesta?
Skond Piccinino, l-Oppożizzjoni għandha responsabbilita’ li taġixxi bħala tarka għall-pubbliku u ma tħallix lill-partit fil-gvern jisraq il-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Is-Segretarju Ġenerali qal li ma jistgħux iħallu lil Gvern biex jibqa’ jgħaddi romblu fuq kulħadd. Għalhekk wasal iż-żmien, skond hu, li tittieħed azzjoni. Kompla jgħid li l-Gvern qed jiddikjara li ma hemmx biżżejjed flus għall-pubbliku imma hemm iktar minn biżżejjed għall-ħbieb tal-ħbieb.
Dwar il-festa tal-Indipendenza, huwa qal li l-Indipendenza hija l-ikbar festa tal-Maltin u l-Għawdxin. Biex nikkommemoraw it-twelid tan-nazzjon bħala stat sovran ma hemmx għalfejn isiru ċelebrazzjonijiet partiġjani bħal ma hu mass meeting. Imma l-attivitajiet li saru xorta kienu partiġġjani. Partit Politiku huwa partiġġjan fin-natura tiegħu stess.
Infakkar li s-segretarji ġenerali li kien hemm qablu kollha qablu li bħala parti mil-festi tal-Indipendenza kellu jkun hemm mass meeting. Issa Piccinino qed jgħid li ma jaqbilx. Kellu l-okkazzjoni li jorganizza l-ewwel mass meeting kemm ilu li laħaq u ma għamlux. Allura tweġiba bħal din ma hix ser tikkonvinċi lill-poplu.
Fuq il-protesta tal-lum, Piccinino qal li ser jipprotestaw fuq l-attitudni tal-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu, li qed jgħaddi romblu fuq kulħadd, li qed jieħu lin-nazzjoni f’direzzjoni fejn ħafna nies qed isibu diffiċli biex ilaħħqu. Wieħed irid jistaqsi lil Piccinino jekk jidhirlux li qed ilaħħqu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, jekk hux qed iħossu xi żidiet fil-preżżijiet fejn jidħlu ċ-ċireali u l-qamħ. Naħseb hemm fuq ħafna affarijiet oħra li tista’ l-oppożizzjoni tipprotesta b’suċċess aktar milli fuq l-issues marbuta mad-dawl u l-ilma.
Jidher ċar li dawn it-tweġibiet huma biss maħsuba biex ikunu ta’ damage control minħabba l-fatt li n-nies mhux bilfors ser twieġeb bi ħġarha għas-sejħa tal-PN.
jipprotestaw buliex minghalijhom ser jikkonvincu lill poplu bi Gvern Nazjonalista ikun hafna ahjar m’illi qieghed taht tmexxija Laburista -Socjalista meta il poplu taht il Gvern tal lum kellu sikurta u anke taht it tgheddida tal gwerra ta Puttin li holoq katastrofi mondhali u allura meta fi zmien il PN qabel Marzu 2023 kien bla sikurta u bla drittijiet anke ta Liberta kemm tal kelma u taxxi fuq taxxi li bazzru pajjiz u l-poplu kollu li dan sarraf f-rebha assoluta li. PL taht it tmexxija ta Dr Joseph Muscat sal lum