L-għajnuna li qed jagħti l-gvern fis-settur tal-enerġija

Minn osservatur politiku

Ftit tal-jiem ilu kellna konferenza stampa minn Joe Giglio quddiem id-depot. Matul din il-konferenza stampa ġie mistoqsi mistoqsijiet dwar il-ħlasijiet tal-konsum tad-dawl f’pajjiżna. L-istess ġara lil żewġ deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Mark Anthony Sammut. Bħal Giglio, dawn ġew mistoqsija isemmu pajjiż li fih il-gvern qed jagħti għajnuna biex il-prezz tad-dawl ma jgħolix. Ma kienux kapaċi jwieġbu, Pajjiż li qed jgħin liċ-ċittadini tiegħu huwa l-Ungerija ta’ Victor Orban.

Issa jekk deputat ma jafx x’inhu jiġri fl-Ewropa għaliex ma għandniex nistqarru dejjem il-verita? Dawn it- tliet deputati tal-Partit Nazzjonalista ppruvaw jiżolqu minn mistoqsijiet diretti dwar il-kontijiet tal-enerġija f’pajjiżna.

Għalfejn għandna niddejqu biex ngħidu dak li huwa ċar u magħruf minn kull Malti u Għawdxi? Malta huwa l-uniku pajjiż li qed jappoġġa l-Istati Uniti f’din il-gwerra kontra l-Ukraina, fejn il-Gvern qed jgħin b’mod qawwi liċ-ċittadini kollha biex jiġu evitati li l-kontijiet jogħlew b’persentaġġi għoljin. Il-Gvern hawn Malta daħal għal piż hu flok għadda ż-żidiet tal-għoli tal-enerġija fuq il-pubbliku. Dan qed jifhmu kulħadd, kull ċittadin Malti, li meta jirċievi l-kont jara li ma hemm ebda żieda fil-kont tiegħu.

Dawn it-tliet deputati nqabbdu fuq siq waħda meta ressqu fuqhom il-ġurnalisti u staqsewhom jekk jafux b’xi pajjiż ieħor li l-Gvern tiegħu ħa dan il-piż fuqu.

Inutli noqgħodu nduru mal-lewża għax m’hu ser jgħattu x-xemx bl-għarbiel.  Dawn huma affarijiet li qed isiru kuljum, ilhom isiru u mid-dehra ser jibqgħu jsiru. Mela għalfejn dawn it-tliet deputati ma qabdux u ammettew li veru l-Gvern qed iwiegħżen b’mod qawwi lill-poplu kollu.

Kemm Mark Anthony Sammut, Ryan Callus kif ukoll Joe Giglio spiċċaw skantati u ma kienux jafu kif ser jaqbdu jwieġbu, dan kollu biex ma jibqgħux mal-verita’. Bdew jaraw kif ser jaħarbu mill-mistoqsija mingħjar ma jammettu li verament il-Gvern qed jgħin.

Lanqas kienu kapaċi isemmu pajjiż ieħor li qed jagħmel dak li qed jagħmel il-Gvern Malti. Kulħadd jaf li l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern Malti hija l-unika waħda tat-tip tagħha fost dawk li huma wara l-Istati Uniti ġewwa l-Ewropa kollha għaliex il-poplu Malti u Għawdxi biss mhux jintlaqat mill-għoli tal-kontijiet tal-enerġija. Imma mbagħad intlaqgħat minn għoli fil-prezzijiet bnadi oħra.

Dawn huma deputati li biex ma jgħidux il-verita spiċċaw jaraw kif ser iduru mal-argument u ma jammettux li l-Gvern verament qed jgħin, anki jekk setgħu qalu li affarijiet oħra għolew sew f’pajjiżna.

Mark Anthony Sammut u Ryan Callus baqgħu jsibu mezz kif ma jirrispondux il-mistoqsijiet fuq dan is-suġġett.  Imma meta tipprova tilgħab mal-verita’ ma tkunx emmnut u hekk ġralhom dawn iż-żewġ deputati.

Fil-każ ta’ Joe Giglio fl-aħħar kellu jammetti li l-Gvern Malti qed jgħin lin-nies u lin-negozji. Hu kellu jammetti li ma hawnx popli oħra fl-Ewropa li qed jirċievu għajnuna mill-Gvern tagħhom bħal ma qed jirċievi l-poplu Malti u Għawdxi.

One thought on “L-għajnuna li qed jagħti l-gvern fis-settur tal-enerġija

  1. Il- poplu ghada ser imur jipprotesta ghax il- gvern ser itih 600 miljun f’ sussidju.Dan mhux tassie tal- gid nazzjonali li ser igawdi l- kbir u z- zghir? Jien mhinix sejra.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *