Il-poter Kommunista użat mill-Partit Nazzjonalista għall-protesta ta’ għada

Minn korrispondent politiku

Lovin Malta ħadu l-kummenti ta’ Bernard Grech dwar il-poster li ppreżentaw biex jagħtu pubbliċita’ għall-protesta organizzata għada l-Ħadd. Bernard Grech qal li huma riedu jixxokkjaw lill-poplu. Skond hu din ħadmet għaliex ħafna nies raw il-poster u bdew jitkellmu fuq il-protesta. Skond Bernard Grech dan il-poster attira ħafna kummenti, xi ftit għoġobhom, oħrajn le u hemm min twerwer minn dan il-poster. L-importanti għalih li kellu effett ta’ xokk u allura l-poster wasal għand diversi nies.

Għal min isegwi l-medja soċjali jinduna li dan il-poster qajjem ħafna kritika speċjalment minn nies li jissimpatizzaw mal-Partit Nazzjonalista. Dik il-ħmura kollha dejqet il-maġġoranza ta’ dawk li kkummentaw.

Oħrajn skandalizzaw ruħhom kif l-isem tal-Partit Nazzjonalista kien żgħir fil-baxx tal-poster u agħar li kien miktub bl-aħmar ukoll. Għal ħafna dik kienet ereżija għax kollha qalu li l-kulur aħmar jissimbolizza l-Partit Laburista. Fuq kollox, dan il-poster kien użat mill-gazzetta Illum biex twassal il-karba tal-Laburisti biex il-partit jerġa’ jkun Partit Soċjalista.

Kien hemm ħafna kritika għas-simbolu tal-ponn li ntużat f’dan il-poster, simbolu li huwa marbut l-iżjed mal-Komuniżmu.

Fuq livell nazzjonali kellna l-protesta ta’ Graffitti li qalu li l-Partit Nazzjonalista seraq id-disinn tagħhom. Dan ma hu minnu xejn. Jekk xejn huma serqu simbolu Kommunista.

Imma Bernard Grech ma tax importanza lejn dan it-tgergir. Hu kuntent għax ixxokkja lill-poplu u attira l-attenzjoni tan-nies. Imma meta mistoqsi jekk hux qed jistenna ħafna nies, Bernard Grech ma rrispondiex.

Dak li hu żgur li dan il-poster dejjaq lil ħafna nies, speċjalment Nazzjonalisti. Dawn in-nies ikkritikaw kemm felħu dan il-poster u deher ċar li ma niżilx tajjeb mal-maġġoranza tagħhom.

Nispera li din l-għażla ta’ dan il-poster ma jkollux effett fuq il-protesta ta’ għada.

One thought on “Il-poter Kommunista użat mill-Partit Nazzjonalista għall-protesta ta’ għada

  1. Meta se jindunaw in nazzjonalisti li Bernard Grech qieghed hemm ghalih in nifsu mhux ghall gid tal- partit. Bniedem inkompitenti u arroganti. BERNARD L-AKBAR XOKK HADNIEH DIGA. META BQAJT KAP TAL-PARTIT WARA TELFA BHAL DIK.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *