Mela biex ikun fotografu tal-ġudikatura tajjeb imma biex jikri l-karozzi lill-istess ġudikatura le.
The Shift News tagħtna storja fejn intqal li l-membri tal-ġudikatura għamlu pressjoni li wassal biex tħassar tender ta’ miljuni ta’ euros li kien ser jingħata lill-kumpanija ta’ Christian Borg. Din il-pressjoni saret minħabba li Borg huwa akkużat bi ħtif ta’ persuni.
Dan Borg, dejjem skont The Shift News, kien ser jagħti lill-ġudikatura karozzi elettriċi b’kuntratt ta’ tliet miljuni. The Shift News tkompli tgħidilna u hawn ser nikkwota, li minħabba l-akkużi kriminali li hemm kontra tiegħu, “Borg irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu ta’ Direttur tal-kumpaniji li jmexxi u minfloku leħaq il-ħabib tiegħu Joe Camenzuli – li hu l-fotografu uffiċjali tal-Partit Laburista“.
Mingħajr ma nidħol fil-mertu ta’ dan il-każ, jien kont nistenna minn The Shift News li tagħtina l-istorja kollha dwar dan Caminzuli u tgħidilna li minbarra li hu l-fotografu uffiċjali tal-Lejber, huwa ħabib intimu ta’ numru ta’ mħallfin u maġistrati.
Kont nistenna lil The Shift News jgħidulna li Joe Caminzuli kien fil-passat l-fotografu ta’ numru ta’ ġudikanti tant li anki ħadilhom ritratti individwali meta leħqu mħallfin. Fuq kollox kemm-il darba, Joe Caminzuli tqabbad biex jieħu ritratti tal-ftuħ tas-sena Forensi jew seduti inawgurali jew l-aħħar seduti ta’ mħallfin u anki kien hemm xi membri tal-ġudikatura li saħansitra organizzaw birthday parties għandu.
Ara fuq dawn l-affarijiet il-membri tal-ġudikatura ma jgħidu xejn, anżi l-istess membri tal-ġudikatura li wżaw lil Camilleri, marru għand The Shift News b’aħbar bħal din.
L-ipokreżija hija l-agħar ħaġa li jista’ jkollna fil-qrati tagħna.

Sar Għandu Anki parties privati ta’ xi birthday ta’ xi gudikant ħa ritratti