Manuel Cuschieri: “One radio issa għalija parti mill-passat”.
Minn Osservatur Politiku
“One radio issa għalija parti mill-passat”. Dan huwa diskors li ntqal minn wieħed mill-ikbar suldati tal-ażżar li qatt seta kellu l-Partit Laburista. Dan huwa diskors li qal Manwel Cuschieri li wara tletin sena ġie mwaqqaf mill-program tiegħu fuq il-ONE, l-istazzjon tal-Partit Laburista. Tisma’ diskors bħal dan minn bniedem li ta ħajtu għall-Partit Laburista jweġġgħek u jħallilek togħma qarsa.
Ftit kienu dawk fost il-Laburisti li stennew xi ħaġa bħal din. Naħseb li ħadd qatt ma immaġina li Manwel Cuschieri kien ser jasal jgħid dak it-tip ta’ diskors. Il-Laburisti kollha qatt ma stennew li l-progamm tiegħu ser jitwaqqaf ħesrem. U kulħadd għadu bil-kurżita għalfejn twaqqaf dan il-programm. Fuq kollox kien programm li kien jiġbed ħafna nies li jisimgħu l-programm tiegħu.
Kien program li kien iħallik tisimgħu għax taf li ma’ Cuschieri ma kienx hemm kantunieri anki jekk kien jara aħmar biss. Li kien hemm bżonn jingħad kien jgħidu mingħajr tlaqliq. Il-messaġġ tiegħu dejjem twassal kif kien iħoss li għandu jwasslu. Ma kien iħalli lil ħadd iżommlu ilsienu jew jagħmillu xi sarima. Pjuttost kien aħrax fi kliemu u fil-kritika tiegħu u għalhekk kien jiġbed ħafna sostenituri lejh.
Manwel Cuschieri kellu progam fuq ir-radio li kien jattira ħafna nies u kellu numru kbir ta’ segwaċi. Jista’ wkoll jiġi meqjuż bħala program politiku li kellu l-akbar numru ta’ nies li jisimgħuh. Ma kienx hemm laburist li kien jgħid xi ħaġa kontra l-program ta’ Cuschieri. Anzi l-Laburisti kellhom kliem ta’ tifħir għal program tiegħu.
B’hekk kienet kbira l-ħasda li ħadu l-Laburisti meta Manwel Cuschieri qal li ġie mwaqqaf il-programm tiegħu u li kien ser jieqaf ixandar. Imma l-imħabba lejn il-Partit Laburista ta’ Manwel Cuschieri ma fihiex tmiem għax hu kompla jxandar minn fuq Facebook u f’dawn l-aħħar ġranet wiegħed li beħsiebu jkompli x-xandir tiegħu fuq radio ieħor.

Min fehem ghalfejn twaqqaf il program m’hemmx kurzita. Semplici, l – ordni kienet li ma jissemix Joseph Muscat fil program.
Mhux vera. L-ewwel nett il-messagg tieghu kienet qieghed jasal biss ghand l-ikkonvertiti. It-tieni meta ghandek il-Kap tieghek, trid taccenna fuq il-kap attwali u mhux fuq ex-kap. Trid turi rispett xorta, imma li mhux temfasizza zzejjed. Tkun qieghed tpoggi l-kap attwali f’dell bla bzonn. It-tielet kienet qieghed jizra l-firda bejn il-laburisti stess meta tkun tqabbel kap ma iehor, tista ggib xisma fil-partit bla bzonn. Ir-raba, u l-ahhar bhalma ghidt il-messagg tieghu kienet qieghed jasal ghand il-konvertiti meta hemm bzonn li jizdied il-voti mhux tibqa’ statiku. Barra minn hekk il-politika li kienet qieghed ihaddan, kienet wahda li ilha skaduta mil-1998. Meta l-gvern laburista spicca, messu rrizenja milli jxandar ghax daqs kemm ghamel hsara lil gvern laburista ta’ dak inhar lanqas in-nazzjonalisti ma kienu jaghmlu. Grazzi talli tlaqt minn fuq ir-radju. Xbajna nisimghu qrid bizzejjed.
Bravu, loool… b’nies bhalek tghidx kemm ser izzidu voti! Keep it up…