U iwa mhux xorta!
Minn osservatur politiku
“U iva mhux xorta”. Kemm-il darba smajnieha jew qrajnieha din il-frażi fuq il-mezzi soċjali. Tiskanta kif minn ikun għami politikament jasal biex juża din il-frażi biex jiddefendi l-ħniżrijiet li jkunu ntgħamlu mill-kamp politiku tiegħu. Għadna kif kellna l-kontradizzjoni ta’ kif il-Ministru tal-Finanzi jisħaq li rridu noqgħodu attenti fl-infiq u l-Prim Ministru jieħu delegazzjoni ta’ 30 ruħ miegħu New York.
U wara taħwida bħal din ikun hawn min jgħidlek ‘u iva mhux xorta’ jew inkella mhux hekk kien isir qabel, issa ser toqgħodu tfettqu fuq dak li qed jagħmel il-Prim Ministru u ma tarawx x’kienu jagħmlu ta’ qablu. Jew inkella, in-naħa l-oħra taqra kritika ta’ kif il-kap preżenti ħa l-pultruna tat-tmexxija. Għad hawn minn jgħidlek ‘u iva mhux xorta’, issa dak hemm, spiċċa wieħed u laħaq ieħor, issa li kien kien u li sar sar, ejja ħa nimxu warajh.
Dawn huma frażijiet li taqra fuq il-mezzi soċjali li jweġġgħu u li jkomplu jifferoċċjaw lill-partitarji u mhumiex. Din il-frażi famuża ta’ ‘u iva mhux xorta’ għandha bżonn tinqata’ mill-filosofija ta’ ħafna nies, huma mil-liema partit huma. Din il-frażi ma tagħmel ġid lil ħadd. Kull wieħed u waħda, kemm fil-politika u kemm jekk mhumiex, għandha terfa’ ir-responsabilita’ ta’ għemilha. Forsi aktar il-politiċi għandhom ikunu konxji li ċertu affarijiet ma jsirux għax il-biċċa l-kbira tal-każi jinvolvu flejjes li mhux tagħhom imma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
‘U iva mhux xorta’ hija frażi li turi li ma jinkwitakx il-fatt li tkun saret xi ħaġa mhux sewwa minn xi ħadd li tkun taf jew li tappoġġja. Dan huwa kliem li jintuża biex twarrab il-ħtija ta’ min ikun għamel il-ħażin jew min ikun għamel xi ħaġa li ma tantx tidher sabiħa. Kemm hu sewwa li dak li jkun jagħmel li jrid u ma jagħtix każ għax ser isib min jgħidlu ‘u iva mhux xorta’ għall-għemilu.
Il-messaġġ lill-politiċi huwa li llum għaddejjin minn żmien fejn, illum jew għada, inkunu nafu b’dak kollu li jkun intqal jew ġie magħmul. Allura jkun aħjar jekk kull politiku joqgħod attent għal għemilu biex ma jweġġa’ lil ħadd ħalli ma jkunx hemm għomja politikament li biex jiddefendu għemil il-politiku jgħidulek ‘u iva mhux xorta’.
You are missing the point when you classify all reactions covered by this phrase “‘u iva mhux xorta’.” as having similar meaning and value. True it is loosely used as you explain. Yet what knowledgeable readers mean when expressing this phrase is ” Get off your high horse and concentrate your critism on important matters. That’s if you want to be credible!”
So really your politically inspired rant is totally thrown back at you.
Leave a Reply
Prosit Anthony. min ma jkollux biex jimla pagna ghahjar ihallija vojta.
Dr.Mercieca
You are 100% correct. That is what happens when you have a sheeple population which is blind’ deaf and dumb and accept whatever they are told and what takes place without question! This mhux xorta attitude, which is a repercussion of biased partisan politics, is what put this country into a nosedive, from which I wonder if we can ever re-emerge!
Din tad delegazzjoni Tal PM Dr Abela MHUX Xorta ….. ghaliex wiehed jrid jitkellem wara ir rizultat tad delegazzjoni …. bhall per ezempju meta EFA mexxa delegazzjoni u taf gab ?!?! .. KELB ckejken ckejken BISS
Jigiefiri mhux kemm kienet kbira I’d delegazzjoni imma x’gabet ghall Malta jghidd,
Trid wkoll tikkonsidra li Malta fil gnus mghaquda qeda FIRST DIVISION, mhux go rokna imwarrba bhall ma kienu id delegazzjonijiet ta Gonzi , kemm fil GM u kemm fil EU…..please Simon hi RIZULTATI
Dak il-kelb jismu aussie certa Margaret kienet dabritu bxejn.