Għala spiċċa f’dan il-livell il-Partit Nazzjonalista?

Minn osservatur politiku

Din hija mistoqsija li qiegħda fuq fomm il-ħafna sostenituri u partitarji ta’ dan il-partit. Hija mistoqsija ġusta u ħafna jafu r-raġunijiet għaliex il-Partit Nazzjonalista spiċċa f’sitwazzjoni daqshekk degradanti sena wara oħra, imma dawn l-istess partitarji għadhom ma jridux jemmnu. Il-partitarji qed ikompli jirrabjaw meta jaraw nies li kienu hemm qabel l-2013 u dak iż-żmien herrew il-pedamenti tal-Partit. Jirrabbjaw għax jafu li dawn in-nies għadhom hemm u għad għandhom ir-riedni tat-tmexxija f’idejhom.

Huwa wkoll tal-mistħija kif dawn l-istess nies li ġabu lil dan il-partit f’din is-sitwazzjoni, jiġifieri dawk tal-istess establishment, ma ndenjawx ruħhom iwarrbu u jagħmlu l-wisa’ biex ikun hemm politiku ġdid li jista’ jipprova jagħti nifs differenti lil dan il-partit. L-uniku ħsieb li jdur fil-kuruturi ta’ moħħhom huwa li jibqgħu jżommu t-tmexxija li forsi jaħsbu li tista’ twassalhom għall-poter tal-Gvern.

U għalkemm jafu li dan huwa viċin l-impossibbli xorta jiġġieldu kontra min jieqfilhom. U hija ħasra kbira li l-Partit Nazzjonalista tilef nies kbar u deputati rinomati bħal Giovanna Debono, Clyde Puli, Mario Galea, Kristy Debono u riċentament Robert Arrigo. Ma missu ġie qatt dak il-mument li telqu daqshekk nies ġenwini, dawn imsemmijin u ħafna oħrajn li telqu magħhom. Dawn ħadmu b’lealta u b’sinċerita u kellhom ħsieb wieħed, dak li jsarrfu l-politika tagħhom għal ġid tal-partit u tal-pajjiż.

Il-problema tal-Partit Nazzjonalista qatt ma kienu u mhumiex dawn il-protagonisti. Imma l-klikka mwiegħra dak li riedu. Riedu jnaqqsu min-numru ta’ dawk li setgħu jkunu kontra tagħhom biex ma jitilfux il-kontroll assolut fuq il-Partit Nazzjonalista. Din il-klikka taħseb li huma biss għandhom l-idejoloġiji neċessarji u jemmnu li huma biss għandhom jagħżlu dak kollu li jseħħ fil-Partit Nazzjonalista.

Meta ħasbu li kienu f’sitwazzjoni ħażina, ħolqu disgwid u bidlu l-kap. Imma minn ġot-taġen marru għal ġon-nar u r-risposta ħaduha fl-aħħar elezzjoni ġenerali meta l-Partit Nazzjonalista qala’ tkaxkira storika. Dawn ħasbu li jistgħu jagħżlu l-pupazzi tagħhom u l-poplu ma jindunax. Ħasbu li l-poplu ser ibaxxi rashom għall-għażliet tagħhom qishom għandhom xi dritt divin li jagħmlu li jridu.

Il-mossi tagħhom spiċċaw f’emoroġija li l-Partit Nazzjonalista qatt ma ra bħalha, lanqas meta din il-klikka ħasbu li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jinżel fil-baxx iżjed. Imma t-tweġiba ħaduha waħedhom.

3 thoughts on “Għala spiċċa f’dan il-livell il-Partit Nazzjonalista?

  1. What set the rot was a sizeable section of the PN changing its guiding values from Christian Democrat to EU’s anti-Christian agenda. Labour had been anti-Catholic for decades; so nothing changed in Labour on this front. It had within it those to which such non-Christian principles were appealing. But for the PN, the move was fatal. It took the soul out of the party and left it a meaningless skeleton. It had nothing left to distinguish it from Labour. Yes, Labour were corrupt but when Nationalist ministers were caught with their pants down holding sizeable bank accounts in secret jurisdictions, the PN came across as corrupt. The PN couldn’t find the strength to condemn its own corrupt ministers. So it lost its argument that Labour is corrupt. Instead principled voters came to the obvious conclusion that they are all corrupt. On top of this, to seal the PN’s complete irrelevance, the Labour Party started promoting Catholicism as a culture, but just a culture. So the party put out booklets about festas, etc. with an introductory word by Labour ministers. This created the general impression that Labour were no longer hostile to the Church. The PN didn’t need to fight for the Church anymore. What the voters didn’t realize was that Labour was just promoting the culture side of Catholicism, not its core values. Labour voted for divorce. Labour voted for the abortifacient adjustments to the IVF laws. And the PN’s secular front went along with it where it mattered most, in Parliament, voting in droves in favor of these Labour initiatives. So what is the point of us voters voting for PN candidates when they are partners with Labour in Parliament? The word “opposition” has one meaning only. Yet Labour persuaded the PN parliamentarians to be “positive,” by not “opposing” Labour’s well crafted and diabolical agenda. The only opposition left is outside parliament.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *