Salvu Balzan ma ngħaqadx mal-ġurnalisti li talbu lill-Prim Ministru biex jippubblika r-rakkomandazzjonijiet għat-tħaris aħjar tal-ġurnalisti

Ftit tal-jiem ilu, numru ta’ ġurnalisti u persuni oħra ffirmaw ittra li ntbagħtet lill-prim ministru. Din l-ittra kienet dwar ir-riforma li l-gvern qal li jrid jagħmel biex isaħħaħ il-liberta’ tal-kelma. Din kienet iffirmata minn ġurnalisti membri tal-istitut tal-ġurnalisti u anki minn xi ġurnalisti li mhux membri u minn akkademiċi.

Issa f’din l-ittra, dawk li ffirmawha qed jgħidu li l-gvern għadu ma fetaħx għall-konsultazzjoni ħielsa l-proposti tiegħu ta’ kif ser iħares aħjar lill-kittieba u l-ġurnalisti. Dan għaliex dawn il-proposti qed ikunu diskussi fil-magħluq minn grupp ta’ nies li rabtu lilhom infushom li ma jikxfu xejn mill-proposti li qed jiddiskutu. Għalhekk numru ta’ ġurnalisti talbu lill-gvern biex jippubblika l-pariri li tawh l-esperti li hu stess ħatar. Huma qed jitolbu li qabel mal-gvern jmur fil-parlament, il-poplu jkun jaf x’fihom dawn il-proposti.

Issa din l-ittra, li kopja tagħha qed tiġi mhemuża hawn taħt, fiha l-firma ta’ numru ta’ ġurnalisti prominenti imma wieħed ma jistax ma jinnutax li Saviour Balzan mhux fost dawk li ffirmaw din l-ittra. Ma naħsibx li dan hu l-każ li ma ġiex avviċinat.

Ara jien ma ġejtx avviċinat u l-anqas jiddispjaċini għaliex jien vittma ta’ uħud minn dawk li qed jiffirmaw din l-ittra u li jridu l-protezzjoni. Sallum għadni qed nistenna lill-kummissarju tal-pulizija jibgħat għalija wara r-rapport li kien sar fuqi wara li jien ktibt artiklu dwar fake profiles li nħolqu minn ġewwa The Times.

Imma mbagħad hemm punt ieħor. Wieħed minn dawk li ffirma din l-ittra huwa Kurt Sansone. Safejn naf jien, Kurt Sansone huma membru ta’ dan il-kumitat maħtur mill-gvern biex jagħmel il-proposti għat-tibdil fil-liġi biex jingħataw aktar ħarsien lill-ġurnalisti. B’hekk hu jaf x’fihom jew għall-inqas jaf x’qed ikun propost.

Mela wieħed jistaqsi għala ffirma din l-ittra meta huwa membru tal-kumitat u jaf x’inhuma jew x’inhu jiġi diskuss imma marbut bis-sigriet professjoni li ma jitkellimx? L-etika titlob li jekk ried jiffirma ittra bħal din, l-ewwel ma kellu jagħmel huwa li jirreżenja minn dan il-kumitat.

Għalija din hija kontradizzjoni in termi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *