L-istorja ta’ Andrea Prudente

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Ilbieraħ The Times tagħtna bi prominenza l-istorja ta’ Andrea Prudente, l-Amerikana, li f’Ġunju ta’ din is-sena kienet fl-aħbarijiet peress li waqt li kien għal btala f’Malta, fejn hija ġiet hawn meta kienet fis-16-il ġimgħa ta’ tqala tagħha, kellha xi komplikazzjoni u kellha tidħol fl-isptar Mater Dei. Bil-Malti ngħidu korriet.

Hija talbet li tittermina t-tqala peress li qalet li kien hemm xi riskju fuq persunitha. It-tobba li kienu qed jieħdu ħsiebha ma setgħux jagħmlu li talbet hija peress li l-qalb it-tarbija fil-ġuf kienet għadha tħabbat. Infakkar li bħal dawn il-każijiet ikun hemm bħalhom l-isptar u qatt ma wasslu għall-mewt tal-omm.

Imma din Andrea Prudente għażlet li ttieħdet b’ajruplan ambulanza ġewwa sptar Mallorca bil-ħlas tal-ispejjeż isir minn xi polza tas-sigurta.

Issa Ilum ħarġet l-aħbar li Prudente ser tiftaħ kawża bl-għajnuna ta’ avukata Maltija li hija favur l-abort kontra l-Gvern Malti. Interessanti huwa l-fatt li fl-Amerika hemm stati li ma għandhomx l-abort. Imma jidher li l-istat ta’ Malta qiegħed jagħti fastidju li xi nies għax ma għandux l-abort. Kif l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hemm stati li ma jippermettux l-abort, fl-“Istati Uniti” tal-Ewropa għandu jkun hemm l-istess sitwazzjoni.

B’hekk nispera li ma hawnx xi pjan stabbilit minn qabel għaliex din l-istorja mhux qegħda tikkonvinċi lil ħafna nies.

Naħseb ma tkunx ħaġa ħażina, anzi ikunu qegħdin jagħmlu id-dmir tagħhom kieku t-tmexxija tal-media tal-Knisja, jiġifieri Newsbook, jagħmlu ftit xogħol ta’ ġurnaliżmu investigativ u jaraw x’inhu jiġri sew f’dan il-kawża u jaraw ukoll kif ngħidu bil-Malti “x’ħobz tiekol” din Andrea Prudente. Fuq kollox, għandu jkun mistoqsi jekk inżammux kampjuni tad-demm ta’ meta seħħ dan il-korriment.

Għax naħseb li dan kollu kien ippjanat. Jekk il-ġurnalisti tal-media tal Knisja jagħmlu dan ix-xogħol ikunu qegħdin jagħmlu l-mestier tagħhom u ta’ min iħaddimhom, ladarba l-Knisja hija kontra l-abort bla riservi.

Il-Poplu Malti li hu favur il-ħajja mit-tnissil jistenna li l-ġurnalisti tal-knisja jinvestigaw sew din l-istorja. Naħseb li jekk jagħmlu hekk isibu l-approvazzjoni u jkollhom ukoll il-barka tal-Papa.

Leave a Reply

Your email address will not be published.