Illum hemm laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista: nispera li jiddiskutu n-nuqqas ta’ attendenza għall-attivitajiet tal-Indipendenza

Minn attivist mid-Dar Ċentrali

Jien kont wieħed minn dawk li attendejt għall-attivita’ li ġiet organizzata mill-Partit Nazzjonalista quddiem il-monument tal-Indipendenza. Sibt ruħu f’diffikulta minħabba n-nuqqas ta’ attendenza. Jekk b’kollox konna ngħodd 250 ruħ, konna ħafna. Kif għidt tajjeb int ilbieraħ fuq dan is-sit, l-anqas il-kunsilliera kollha ma ġew. Kieku ġew konna nkunu ferm aktar.

Innutajt ukoll li l-ispazju bejn is-siġġijiet kien ikbar mis-soltu. Neħħi lid-deputati u dawk mitqiesha bħala n-nies taghom, tista’ tgħid li ma ġie ħadd. Naħseb li fostna – jiġifieri dawk bħali li ma għandha l-ebda affiljazzjoni ma’ xi deputat partikolari – ma kienx hemm numru biżżejjed biex ngħaqqdu tim tal-futbol.

Niftakar fil-okkazzjoni meta din l-attivita’ kienet saret fi żmien Adrian Delia f’Tal-Pieta. Dak inhar ukoll ma konniex ħafna, imma kien kien hemm 1500 ruħ. U jien ukoll kont hemm. U hawn wieħed irid jiftakar li kien hemm bosta bil-kontra. Niftakar x’kien inkiteb minn The Times, mill-famuż jew infami ġurnalista Jacob Borg. Nieqaf hawn, imma ppermettili ngħid li dan kien ħdura waħdu kontra Adrian Delia. Issa fejn hu Jacob Borg? Ser jikkummenta f’The Times dwar il-faqar ta’ attendenza li kien hemm għal din l-attivita’? Huma ġurnalisti bħal dawk ta’ The Times li rreduċew lill-Partit Nazzjonalista f’dan l-istat tal-biki.

Niftakar ukoll fil-Blue Heroes. Ilbieraħ kellhom prova ta’ kif farrkuh lill-Partit Nazzjnalista.

Illum jiddispjaċini li kont wieħed minn dawk li ħdimt u vvutajt kontra Adrian Delia. Illum jiddispjaċini li kont wieħed minn dawk li ma tajtux iċ-ċans jaħdem.

Issa nispera li din l-attivita’ ser tkun diskussa illum fil-laqgħa li hemm tal-grupp parlamentari Nazzjonalista. Nispera li jkollhom il-kuraġġ li jiddiskutu l-faqar ta’ attendenza matul dawn il-festi tal-Indipendenza li fl-imgħoddi kienu sinonimi mal-Partit Nazzjonali

Leave a Reply

Your email address will not be published.