Fuq din Caroline Muscat għandha raġun

L-ex Editor in Chief tat-Times of Malta, Caroline Muscat, ħarġet tattakka b’ipokrezija lit-Times wara li dehret intervista miegħu fuq din il-gazzetta dwar l-involviment tiegħu fil-futbol Malti.

Hija kompliet billi sfidat lil Joseph Muscat biex imur għand The Shift News għal intervista ħalli jkunu jistgħu jistaqsuh il-vera mistoqsijiet li ħafna jixtiequ jkunu jafu u t-tweġibiet tagħhom.

Fil-fatt fil-post tagħha Caroline Muscat ċċalinġjat lil Joseph Muscat biex imur għandhom għal intervista fejn ikun mistoqsi mistoqsijiet diffiċli u reali u ma tkunx fuq l-isports.

Caroline qalet ukoll lil Joseph Muscat li jista’ jieħu miegħu lil Michelle għax anke hi għandha ħafna x’tirrispondi.

Li trid tfisser Caroline Muscat hu li t-Times fejn trid tilagħbha ta’ protagonista tar-Rule of law għax fejn jaqblilha twettaq ‘sportswashing’.

Hu fatt magħruf li llum l-isports sar arena li qed jgħin kriminali biex jaħslu r-reputazzjoni jew il-flus tagħhom billi ġġibhom jidhru li huma negozjanti normali.

It-Times of Malta hija l-istess gazzetta li f’ħajjitha lil Daphne warbitha u insultatha imma wara l-mewt traġika tagħha għamluha tagħhom biex tgħattit lill-veru qattiela,

Saħansitra, l-Editor in Chief t’issa ħa fondi biex itella play fuq il-ħajja ta’ Daphne. Ipokriti!

Dak li dan is-sit kiteb fuq il-kap tal-Oppożizzjoni rigward il-fatt li fil-imgħoddi, kull kap ma kienx jibża’ jaffronta l-gurnalisti tal-One, jgħodd għal Joseph Muscat. Ma jridx jibża’ jaffronta l-ġurnalisti li huma avversarji tiegħu u jaċċetta li jirrispondi l-mistoqsijiet skomdi tagħhom.

Fuq dan il-punt naqbel ma’ Caroline Muscat.

3 thoughts on “Fuq din Caroline Muscat għandha raġun

  1. Biex nikkonferma u nsahhah dak li intqal fuq l-ipokrezija u l-falzita tat-Times, kif darba innutat Caroline Muscat stess (fl-intervista ma’ Jon Mallia), u uhud setghu nnutaw wahidhom, it-TOM u s-STOM kienu jirreferu ghal Daphne Caruana Galizia bhala ‘blogger’ qabel inqatlet u mhux bhala ‘gurnalista’ kif bdew u baqghu dejjem jaghmlu wara li nqatlet. Fi kliem iehor, f’hajjitha ma kinux jikkunsudrawha ta’ vera gurnalista imma imbaghad raw il-vantagg li jitilghu fuq il-karru taghha biex igawdu mill-prestigju tal-martirju taghha. Ipokriti ta’ vera!

Leave a Reply

Your email address will not be published.