Il-festi tal-Indipendenza li ma sarux spiċċaw ċajta fuq is-social media

Minn osservatur politiku

Ilbieraħ George Tabone tefa’ botta lill-Partit Nazzjonalista. Agħmel ritratt tiegħu fuq il-Fosos vojta u d-data. Ma tridx tkun għaref għala tella’ dan il-post.

Imma Tabone l-anqas kien waħdu. Ser nagħti eżempju ieħor mill-ħafna li kellna lbieraħ dwar in-nuqqas ta’ festi li saru tal-Indipendenza. Dan hu messaġġ ieħor.

U bir-raġun li dan in-nuqqas ta’ attivitajiet jispiċċa sors ta’ diskussjoni fuq is-social media. Il-festi tal-Indipendenza kienu sinonomi mal-Fosos tal-Furjana. Minflok, ilbieraħ kellna reception li kieku għaliha marru l-membri kollha tal-kunsill ġenerali ibqa’ żgur li kien ikun hemm aktar nies. Fl-imgħoddi, f’dawn il-jiem, in-Nazzjonalisti u anki l-poplu kien imur fuq il-Fosos biex, barra li jieħu pjaċir jiekol xi ħaġa, iqatta’ siegħa żmien f’atmosfera mill-isbaħ.

Il-politika ma kienetx tonqos. Kien ikun hemm xi dibattitu tal-Kap ma’ xi ġurnalist indipendenti jew tal-ONE. Din id-darba ma ġara xejn minn dawn l-affarijiet. Din id-darba lanqas mass meeting ma ġie organizzat.

Kull raġuni li ngħatat kienet biss skuża għal dan in-nuqqas. Imma kulħadd jaf li l-unika skuża li treġġi hija t-twerwir tat-tmexxija li ma jkunx hemm attendenza u nies li lesti jorganizzaw attivita’ bħal din b’xejn.

Jistgħu jgħidu li jridu imma t-tmexxija mhu ser tbellagħha lil ħadd. Kulħadd jaf li kien hemm biża kbira li n-nies ma tirrikorrix għall-għajta tal-Partit Nazzjonalista. Tant il-partit għaddej minn żmien ta’ apatija li kulħadd jaf li jekk tiġi organizzata xi ħaġa ser ikun hemm disfatta kbira.

Imma fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, il-festi tal-Indipendenza tal-2022 xorta ser jitniżżlu u ser jinkiteb in-naqqas ta’ ħeġġa li kien hemm din is-sena. Din is-sena ma kienx hemm il-bżonn li jitħassar kollox minħabba l-pandemija. Din is-sena kien hemm biss ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li kixef ħafna borom.

Huwa fatt li l-Partit Nazzjonalista qala’ damdima li qatt ma ra bħala. Huwa fatt li din kienet l-ikbar telfa minn wara l-indipendenza ‘l hawn. Huwa fatt li l-Partit Nazzjonalista dabbar telfa esaġerata għalkemm l-affarijiet fil-pajjiż mhux kollox ward u żahar. Din is-sena bqajna bla mass meeting. Normalment dan kien jiftaħ il-bidu ta’ staġun ġdid politiku wara l-btajjel tas-sajf.

Imma din id-darba kien hemm biss taparsi festi tal-Indipendenza fejn ġie mraqqa l-pannu bil-qara’ ħamra. Anżi qalulna li ser jelevaw l-istandards tal-attivitajiet. Issa li għaddew il-festi, kulħadd jaf li dan mhux minnu. U kif kienu ser jelevawh l-istandard? Billi organizzaw laqgħa madwar il-monument tal-Indipendenza għall-korpi kostitwiti li għaliha attendew inqas nies milli jattendu f’kunsill ġenerali. Infakkar li dan is-sit kixef li l-korp kostitwiti ma kienux kuntenti bl-istedina. B’hekk ma għoliex il-livell tal-attivitajiet! Il-Partit Nazzjonalista jixraqlu aħjar.

Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn l-għaqda li tant hi neċessarja biex festi bħal dawn ikunu suċċess.

Ma jistax ikun li sostenituri tal-partit jibqgħu ma jarawx għajn m’għajn ma’ sostenituri oħra.

Fin-nuqqas ta’ għaqda, qatt ma jista’ jkun hemm suċċess.

2 thoughts on “Il-festi tal-Indipendenza li ma sarux spiċċaw ċajta fuq is-social media

  1. L’ Independenza jixraqilha hafna ahjar ghax Dom Mintoff li ghamel din it tikka ta gzira fi Stat tassew , ibbaza kollox fuq dan l’istrument ta Dr George Borg Olivier… u li issa dawn l’inkompetenti li qed imexxu lill PN mal bicciet li hemm jigru barra, RAMEWH fl skip Tal politika skaduta li qed imexxu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *