Analiżi tal-attivita’ tal-bieraħ organiżżata mill-Partit Nazzjonalista

L-attivita’ li l-Partit Nazzjonalista organizza lbieraħ minflok il-mass meeting tradizzjonali tal-Indipendenza kellha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. Nibda biex ngħid li huwa mportanti li l-Partit Nazzjonalista jiċċelebra l-indipendenza b’attivita’. Din għandha tibqa’ parti importanti fil-kalendarju politiku ta’ pajjiżna.

L-ewwel għaliex il-Partit Nazzjonalista taħt il-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier kien dak li tħabat u ġab l-Indipendenza.

It-tieni għaliex il-Gvern immexxi minn Dom Mintoff ipprova jnessi din il-kisba mportanti u fis-snin 70ijiet neħħieha minn festa pubblika.

Għal ħafna ferm iżgħar minni dan kollu ftit għandu rilevanza fil-ħajja tal-lum. U ma ntiehomx tort sa barra, imma ta’ min wieħed jinnota li l-Partit Nazzjonalista immexxi minn Eddie Fenech Adami bħala Kap tal-Oppożizzjoni għaraf idawwar l-azzjoni ħażina ta’ Mintoff f’arma għalih. Beda jorganiżża l-Festi tal-Indipendenza u l-kotra ħarġet bi ħġara. In-nies kienu jmorru fuq il-Fosos iżjed biex jisfidaw il-Gvern Soċjalista milli biex jiċċelebraw il-kisba tal-Indipendenza.

B’hekk, meta l-Partit Nazzjonalista tela’ fil-Gvern fl-1987, ftit li xejn kien baqa’ skop għal festi kbar fuq il-Fosos. U l-Festi bdew jiċkienu ftit ftit, waqt li l-ispejjeħ biex torganiżżhom bdew telgħin u telgħlżin għax il-volontiera bdew jonqsu ma’ kull sena.

Iżda meta l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni tal-1996 u reġa rebaħ 22 xahar wara, l-għajta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet l-ixprun wara l-Festi tal-Indipendenza u n-nies ħarġet bi ħġarha.

Iżda malli Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea u rtira Eddie Fenech Adami minn kap tal-partit, il-festi tal-Indipendenza reġgħu ħadu daqqa l-isfel. U din id-darba ma setgħux jieħdu r-ruħ għaliex il-Partit Nazzjonalista daħal fi sqaq ta’ kriżi wara l-oħra u n-nies ma kellhiex moħħ tiċċelebra dawn il-festi mal-Partit Nazzjonalista.

Rajna festi mqanżħa għal snin twal, tant li segretarju ġenerali wara l-ieħor bdew iħabblu moħħhom kif se jerġgħu jdawru r-rota. Fi żmien Simon Busuttil u Adrian Delia il-festi imxew għal postijiet differenti. Simon għamilhom fil-Belt Valletta wara t-Teatru Rjal u Adrian Delia ħadhom quddiem id-Dar Ċentrali.

Imma llum dur kemm iddur, il-folla baqgħet l-istess, forsi mitejn ruħ, uċuh li xbajna naraw fuq NET TV kull nhar ta’ Ħadd fid-diskorsi mill-każin. Nofs il-folla tkun membri parlamentari u uffiċjali bil-familji tagħhom, iżda parteċipazzjoni tal-poplu li suppost bħalissa jinsab magħfus bl-għoli tal-ħajja ma rajna xejn.

Qed ngħid dan kollu biex nibda bil-pożittiv dwar l-attivita’ quddiem il-monument tal-Indipendenza li saret din is-sena. Kien għaqli li fiċ-ċirkustanzi il-Partit Nazzjonalista jagħżel post li fih in-nies ma tidhirx mitlufa. Iżda wieħed kien jistenna li l-kumitati ta’ tmexxija u dawk distrettwali jagħmlu iżjed sforz biex jinġiebu iżjed nies, wara li kif wera dan is-sit, il-Partit Nazzjonalista ma setgħax jagħmilha attivita’ għall-korpi kostitwitti li kienu kontra li jkunu assoċjati ma’ attivita’ politika.

L-attivita kienet organiżżata tajjeb min-naħa ta’ loġistika, anke jekk wieħed jistenna li s-Sur Charles Saliba jieħu l-mistrieħ li ħaqqu u jibdew jitrawmu jew aħjar ngħidu li jagħtu ċans lil xi ħadd iżgħar biex jippreżenta.

Pero’ l-problema l-kbira li għadu ma jistax jifhimha l-Partit Nazzjonalista hi l-mod kif jippreżenta lilu nnifsu. Is-serata kienet waħda pjuttost ta’ dwejjaq, b’mużika semi-klassika li wieħed jistenna li jara waqt li qari ta’ poeżiji. Ma kien hemm l-ebda ferħ jew kantanti popolari li jiġbdu iżjed nies komuni, nies li għaddejjin minn taqlib bl-għoli tal-ħajja u nies li wkoll irrabjati għall-korruzzjoni rampanti. Mhux tar-Republika biss ma jridux korruzzjoni, imma anke ħaddiema normali li ta’ kuljum jikkumbattu mal-ħajja.

Għal dan tal-aħħar is-serata ma offriet xejn. Bernard Grech tilef opportunita biex fl-Indipendenza jikkonnettja jew jingħaqad man-nies u juri li hu parti minnhom. Fuq kollox, hu jrid il-vot tagħhom. Minflok, ġie għall-attivita’ bis-suit u ngravata qisu sejjer il-funeral tar-Reġina.

Kulħadd kien stirat u miġbud, xejn li jqarreb lejn il-kultura popolari tan-nies. Dawk bilqiegħda dehru imxebba, mifnija bis-sħana u ma jafux għalfejn qegħdin hemm għajr għax iħobbu l-partit.

Minflok ma uża l-festi tal-Indipendenza biex jersaq qrib in-nies, il-Partit Nazzjonalista xandar trasmissjoni biex dawk li ma marrux iżjed jitbegħdu u jgħidu li aħjar ma jmorru xejn attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista, għaliex dawn huma attivitajiet ta’ dwejjaq.

3 thoughts on “Analiżi tal-attivita’ tal-bieraħ organiżżata mill-Partit Nazzjonalista

  1. Nahseb li kont ingust hafna li ma ssemix li il Hadd ta qabel l Indipendenza, il kap tal Partit tilef il missieru. U min fuq ikkritikajtu li kien liebes qisu sejjer ghal funeral tar Regina. Dan flok ma ammirajt il kuragg li baqa ghaddej normali bl attivitajiet

  2. Sur Avukat uzajt hagna imsiemer f-kitbietek fejn ghalkemm huma imsiemer kienhemm dawk tal hadid u ohrajn tst’tajjar izda ma uret xejn dwar ghaliex dawk in-Nazzjonalisti ta rashom fuq ghonwom ma ippartecipawx ghal din ic-cerimonja ta l-Indipendenza li kienet mghotija lill PN u mhux ghax hadmu kif hadem ghal Helsien u Repubblika Duminku Mintoff li uza il Laburisti Socjalisti b-mod ghaqli li heles lill Malta min Indipendenza Farsa u mhux misthoqqa meta bqajna Kolonja bil barra baqa juza l-Malta u cittadini taghha bhala defturi f-pajjizhom b-Kastilja baqet bi Gvernatur, bin-NATO f-Malta, bl,ibhra, ajru u l-art baghu ikkmandati mill barrani, b-Maltin u Ghawdxin itturufnati il bghod min art twelidhom ghal ghejxien ahjar, bid-drydocks bawghu ghand il barrani n’turizmu livell baxx, b-Industrija bahh, Infrastruttura bahh u kellu ikun ilZ-PL li qalen kollox ts taht fuq u il poplu kollu beda jghejx u mhux jezisti u dwar il faqar u l-gholi tal hajja mur das-Super Markets u tal-Lottu u ghand l-Agenti tas-safar u tara gejn hu l-faqar zDr Simon

Leave a Reply

Your email address will not be published.