Jista’ jkun ikkonfermat jekk kienx hemm attentat ta’ suwiċidju ieħor fil-ħabs ta’ Kordin?
Dan is-sit jinsab infurmat li bħalissa għaddejjin diċeriji fil-ħabs ta’ Kordin, li priġunier f’divizzjoni ħdax, għamel attentat ta’ suwiċidju.
Peress li naf li jkun inutli li nikteb lill-awtoritajiet għaliex il-mistoqsijiet ta’ dan is-sit, aktar iwa milli le, jiġu injorati, jistgħu l-awtoritajiet jikkonfermaw jekk dan hux minnu jew le? Kull tweġiba tkun ippubblikata.
Lili anki l-isem tal-priġunieri wasalli imma mhux ser insemmih. Skont dak li qed jingħad, dan il-priġunieri ipprova jaqta’ għonqu b’xafra.
Jekk kien hemm verament attentat jew inċident bħal dan, kif qiegħed jingħad jista’ l-awtoritajiet jikkonfermaw jekk sarx rapport lill-pulizija jew le?
Kun żgur li l-informazzjoni li tawk hija koretta., Profs. Wisejtek fuq din il-materja.
Nisperaw li dakli għaddielek tali nformazzjoni jaf xi tfisser qatgħa’ jekk vera sar hekk, kif irrapurtajat.
Huwa ghaqli li tfajtx ismijiet ta’ dawn il-vunerabli.
Nirringrazzjak tal-messaġġ tiegħek. Din tagħtini l-opportunita’ biex ngħid li
sallum għadni ma rċevejt l-ebda ċaħda fuq dak li ppubblikajt, jiġifieri li kien hemm attentat ta’ suwiċidju f’Divizzjoni 11.