Ir-reportage ta’ The Times ikkritikat mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ
Minn osservatur politiku
Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija kkommissjonat rapport minn David Spiteri Gingell fejn ġew esposti diversi rakkomandazzjonijiet fuq imġieba u etika, kemm fil-business kif ukoll fil-politika.
It-Times of Malta kitbet artiklu fejn għażlet biss żewġ eżempji mill-ħafna imsemmijin fir-rapport, bħala possibilita’ ta’ imġieba mhux etika ta’ lobbying.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Ms Marisa Xuereb, qalet li l-artiklu tat-Times of Malta qed jikkontendi li l-Kamra iffokat biss fuq żewġ eżempji, dawk dwar Joseph Muscat u kuntrattur Portelli, bħala eżempji ta’ kunflitt ta’ interess meta dan ma hux il-każ. Meta fil-fatt ir-rapport isemmi diversi individwi, anke politiċi miż-żewġ naħat tal-kamra tal-parlament.
Ms Xuereb enfasizzat li t-Times għażlet li jssemmi biss dawn iż-żewġ eżempji imma fil-fatt l-ismijiet imsemmija fir-rapport meta l-ismijiet imsemmija l-anqas kienu is-suġġett diskuss fl-istess rapport.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerc tittimbra lit-Times ‘DISTORTIVE (attentat ta’ tfixkil) fir-rapportaġġ tagħha. Ms Xuereb qalet li t-Times ma kienetx sinċiera fir-rapportaġġ tagħha.
Fil-fatt hija qalet li l-Kamra tal-Kummerċ tadatta mġieba etika fil-lingwaġġ tagħha. Hija kompliet li bl-attitudni tagħha t-Times of Malta pruvat tiddevja l-attenzjoni tar-rapport u s-sustanza tiegħu.
Fi kliem ieħor, jekk hemm ġurnal li huwa nieqes mill-etika, illum huwa The Times of Malta.

https://timesofmalta.com/articles/view/it-handover-muscat-turns-guns-chambers-lobbying-report.981371
Is soltu it TOM xewixa u mhiex ta dhenn li tighdila Gurnal.