Meta r-reġina talbet lill-orkestra tal-yacht irjali biex idoqq il-kanżunetta ta’ Mary Spiteri, Little Child

Illum ser ikun hemm il-funeral tar-Reġina Elizabetta II. Il-media fl-Ingiletterra qed tagħti l-ħin kollu aħbarijiet dwarha u tfakkar il-memorja tagħha. Waħda mill-media li kienet qed titkellem dwarha lbieraħ kienet GB News.

F’mument minnhom, waqt il-programm tal-bieraħ filgħaxija, ġie intervistat Jim Rider li kien il-music director fuq ir-royal yacht – Brittania. Il-preżentatur speċifikament staqsih dwar storja li kienet tittratta r-royal yacht, ir-reġina u Malta.

Fl-1992, Malta kienet marret tajjeb ħafna fl-Eurovision song festival. Il-festival kien sar f’Malmo, Sweden fid-9 ta’ Mejju 1992. Il-festival kien intrebaħ mill-Irlanda. L-Ingilterra kienet ġiet it-tieni u Malta ġiet it-tielet bil-kanżunetta ta’ Mary Spiteri, Little Child.

Ġara li meta sar il-festival ħabat fiż-żmien taż-żjara tar-reġina ġewwa Malta. Ftit jiem wara l-festival, ir-reġina kienet Ġilbilta’ fit-triq lejn Malta fuq il-yacht irjali. Lejliet li l-yacht irjali kien dieħel f’Malta, jiġifieri fis-27 ta’ Mejju, ir-reġina uriet ix-xewqa li tindaqq din il-każunetta ta’ Mary Spiteri waqt li l-yacht ikun dieħel fil-Port il-Kbir. B’hekk hija ċemplet lil Rider, li kif spjegajt kien id-direttur mużikali. Meta ċemplitlu, huwa nżerta kien fuq il-bridge jieħu kafe’ ma xi ħbieb.

Jidher li r-reġina ma kienetx segwiet il-festival imma l-fatt li l-kanżunetta Maltija ta’ Mary Spiteri kienet marret tajjeb kien qajjem kommossjoni u b’hekk in-nies baqgħu jitkellmu dwarha. F’dan il-festival kien qajjem ukoll kommossjoni anki minħabba l-fatt kif tellgħu l-punti u finalment kienet rebħet l-Irlanda u l-Ingilterra kienet ġiet it-tieni.

Ġara li l-anqas Rider ma kien sema’ l-Eurovision. Li kieku kien semgħu, kien ikollu idea tat-tune tal-kanżunetta ta’ Mary Spiteri u kien malajr jirriproduċih. Infatti fil-konverżazzjoni li kellu fuq it-telefon mar-reġina, hu staqsieha jekk semgħethiex id-diska ta’ Mary Spitieri. Hija qaltlu le. Hu rrisponda li l-anqas hu. B’hekk jidher ċar li r-reġina kienet semgħet dwar din il-kanżunetta u waqt li kienet fi triqtha lejn Malta, xtaqet tismagħha waqt li l-yacht ikun dieħel fil-Port il-Kbir. Imma x-xewqa tar-reġina kienet xewqa li trid tiġi mwettqa’.

Filgħodu, Rider ċempel lill-ambaxxatur biex jagħtih it-tune. B’hekk kellu idea ta’ kif kien it-tune u l-orkestra setgħet iddoqqu.

B’hekk meta l-yacht irjali daħal Malta, l-orkestra fuq il-yacht irjali setgħet idoqq il-mużika tal-kanżunetta ta’ Mary Spiteri Little Child kif xtaqet ir-Reġina!

2 thoughts on “Meta r-reġina talbet lill-orkestra tal-yacht irjali biex idoqq il-kanżunetta ta’ Mary Spiteri, Little Child

  1. With all the due respect the facts were slightly different. Mary Spiteri was on her way to win that festival but the Britiish jury was of the opinion of not giving not even one single vote to Malta and the Maltese were angry and it was for that reason that the orchestra came into our port playing that tune,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *