Ta’ Graffiti mhux favur l-abort? Ma tantx għandhom kredenzjali biex jitkellmu favur il-ħajja
It-traġedja umana ta’ tifla li ġiet irrappurtata li mietet fit-territorju ta’ Malta kompliet illum, bi protesta oħra, din id-darba minn Graffiti. Għaliha mar anki David Casa, l-arċisqof Scicluna u Louis Galea.

Sa hawn xejn ħażin.
Imma l-problema qegħda hawn. Il-moviment Graffiti huma moviment xellugi favur l-abort. Waqt li nifhem u nuri s-solidarjeta’ tiegħi ma’ min qed jipprotesta, imma jrid ikollok ukoll kredenzjali li tkun dejjem favur il-ħajja. Mela li tarbija tinqatel fil-ġuf tajjeb? Imma li tarbija jew tifla tmut fuq il-baħar le. Jien assolut. Jew dejjem tajjeb jew dejjem ħażin.
B’hekk nemmen li fuq din il-ħaġa Graffiti ma għandhomx kredenzjali biex jitkellmu dwar imwiet.
Fuq kollox, l-aktar persuni vulnerabblii huma t-trabi fil-ġuf għaliex dawn jiddependu għal kollox fuq ħaddieħor.
Imma dan il-każ wriena li anki t-tfal żgħar, bħat-trabi fil-ġuf jiddependu fuq l-adulti.
PROSIT GRAFFITI-TLIFTU L-QALEB U L-GBEJNA MJEGHI U MA HAFNA OHRAJN BHALI. U MA NIGI GHAL EBDA PROTESTA OHRA LI TORGANIZZAW GALADARBA CCAPPASTU MA PARTIT POLITIKU . FINALMENT IL -MASKRA WAQGHET U NKIXFET IL-VERA AGENDA TAGHAKOM. MA INTOM XEJN HLIEF FERGHA OHRA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA. U FINALMENT BHALHOM SER JIGRILKOM.BYE BYE EX COLLEGI