Where your opinion counts

Il-Maġistrata Montebello waqqfet lill-avukat Joe Giglio għax skont hi kien qed jitfa’ botti politiċi

Minn osservatur politiku

Skond dak li qrajna fuq il-mezzi tax-xandir, il-Ħamis filgħodu komplew il-proċeduri kontra direttur u żewġ skrivana ta’ Transport Malta li qed jaffaċjaw akkużi kriminali dwar l-iskandlu tal-liċenżjar. Irridu nirrimarkaw li t-tlieta li huma qed jgħidu li mhumiex ħatja. L-avukat Joe Giglio qed jassisti wieħed mill-akkużati, wieħed miż-żewġ skrivana. Dan l-avukat kien qed jagħmel domandi lill-ispettur tal-prosekuzzjoni Borg, domandi li jirrigwardjaw il-klijent tiegħu.

Giglio għamel diversi domandi li jittrattaw l-imġieba tal-klijent tiegħu. Tant hu hekk li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-mod ta’ interrogazzjoni ta’ Giglio.

Fis-seduta tal-bieraħ, il-Maġistrat Montebello waqfet lil Joe Giglio. Ta’ min jirrimarka li Dr Giglio kien hemm fil-vesti ta’ avukat ta’ wieħed mill-akkużati. Żgur li ma kienx hemm bħala politiku. Fil-fatt il-Maġistrat Montebello ippruvat tikser lil Dr Giglio billi qaltlu li l-qorti m’għandiex tintuża għal botti politiċi, ħaġa li Dr Giglio ma jidhirx li kien qed jagħmel.

Il-mistoqsija tiġi waħedha. Għaliex il-Maġistrat Montebello ppruvat twaqqaf lil Dr Giglio milli jagħmel ċertu domandi? Taħsbu li kieku mistoqsija bħal dik għamilha xi Dr. Jason Azzopardi kienet twaqqfu?

Bil-fors li wieħed jagħmel il-paraguni.

Ma niftakarx li l-Maġistrat Montebello qatt kellmet hekk lil Dr Jason Azzopardi meta kienet qed tinstema l-kompilazzjoni għal provi fil-każ ta’ Yorgen Fenech. Il-Maġistrat Montebello f’dak il-każ qatt ma waqfet lil Jason Azzopardi milli jgħaddi kummenti b’finijiet politiċi.

Imma meta għamel din il-mistoqsija Dr Gilgio, ġiet interpretata bħala waħda politika.

Forsi għaliex Joe Giglio mhux midħla tal-Għaqda Repubblika?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *