Din is-sena ma hemmx ġbir marbut mal-Festi tal-Independenza

Normalment, bħal dan iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista jkun għaddej minn kampanja ta’ ġbir ta’ fondi marbuta mal-festi tal-Indipendenza. Hekk kien jiġri fi żmien Adrian Delia, meta Robert Arrigo kien qed iservi ta’ viċi-kap u anki kaxxier tal-Partit Nazzjonalista.

Issa Nazzjonalisti ġenwieni qed jistaqsu jekk din il-kampanja ta’ ġbir ġietx immexxija ‘l quddiem jew inkellha hemm nuqqas ta’ interess fost il-partitarji għaliex jidher li ma hu qed isir l-ebda ġbir.

Dak li hu żgur li din is-sena ma hemm xejn fuq il-Fosos marbut mal-Indipendenza u wisq inqas attivitajiet marbuta ma’ ġbir kif kien isir fl-imgħoddi matul ix-xahar ta’ Settembru.

Infakkar li s-sena d-dieħla ser jaqlgħu l-ewwel ċedoli u hemm mal-2 miljuni x’jitħallsu lura. Dawn iċ-ċedoli biex ħarġu kellhom jagħmlu tajjeb għalihom numru ta’ każini. Dawn il-każini Nazzjonalisti ġew mqegħda ġewwa trust. Kien hemm commitment fuq tmien clubs tal-PN. Jiġifieri, dawk li investew f’dan iċ-ċedoli, għandhom marbuta magħhom tmien każini tal-PN biex jekk ma jkunx hemm flus, ikunu jistgħu jieħdu flushom lura permezz tal-bejgħ ta’ dawn il-każini. Issa jekk is-sena d-dieħla, meta jgħalqu dawn iċ-ċedoli ma jkunx hemm flus, dawn it-tmien każini iridu jagħmlu tajjeb għalihom. B’hekk hemm ċans li jekk il-PN ma jħallas lura, jitlef dawn il-każini. Fost dawk il-każini li ser jintlaqgħu jekk ma jkunx hemm flus hemm dawk ta’ Ħal Qorti u ż-Żejtun.

Fuq kollox, jidher li hemm inkwiet ikbar għaliex xi każini ġa mbiegħu u b’hekk ma hemmx valur biżżejjed warajhom daqs kemm ser ikun hemm bżonn biex jingħataw flus lura marbuta ma’ dawn iċ-ċedoli.

Infakkar li meta Adrian Delia kien kap, huwa assolutament ma riedx li jinbiegħu każini. Dawk li nbiegħu, kienu nbiegħu għaliex kien hemm konvenju li kien sar qabel ma Adrian Delia kien sar kap, u dawn kienu l-każini tal-Floriana, Bormla u St Venera. B’hekk, peress li kien hemm konvenju, dan kellu jkun onorat.

B’hekk huwa importanti li l-Partit Nazzjonalista jxammar għaliex qed jissogra li jkollu jxolji għaliex qed jilgħab man-nar u ser jispiċċa bankrupt.

One thought on “Din is-sena ma hemmx ġbir marbut mal-Festi tal-Independenza

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *