Bernard Grech ġie lura mis-safar u llum f’nofs in-nhar għajjat laqgħa mal-korpi kostittwiti.
Bernard Grech ġie lura mis-safar ftit tal-jiem ilu u llum f’nofs in-nhar għandu laqgħa mal-korpi kostittwiti. Din il-laqgħa qedha ssir biex juri li beda jaħdem.
Fil-verita’, hemm problemi kbar bħalissa mal-korpi kostittwiti minħabba l-invit li bagħatilhom biex jattendu attivita’ tal-Partit Nazzjonalista marbuta mal-festi tal-Indipendenza.
Kif kien ħabbar dan is-sit, din is-sena, ma hu ser isir xejn marbut mal-festi tal-Indipendenza ħlief laqgħa għall-korpi kostittwiti quddiem il-monumenti. Imma ħafna mill-korpi kostittwiti ma jixtiequx imorru għaliex qed jindunaw li huma ġew mistiedna biex Bernard Grech ikollu udjenza.
Jafu li din ser tkun laqgħa purament politika, organizzata minn partit politiku u b’hekk huma ma jixtiequx ikunu involuti.
Fuq kollox jekk jaċċettaw dawn it-tip ta’ stediniet, iridu jaċċettaw issa stediniet simili li jagħmlilhom il-Partit Laburista. Jekk Robert Abela, bħala Prim Ministru, jistiedinhom għall-attivitajiet tal-Partit Laburista, biex jindirizzahom fihom, huma ser ikollhom jattendu jekk jaċċettaw din l-istedina ta’ Bernard Grech.
Wara xahar jiehdu f’ghajnu jdur bil caravan issa jiprettendi li kulhadd ikun lest ghalih. Xahar ta abbandun fejn rajna diskors sporadiku u skurdat minn uhud mill-kelliema ewlenin tal Partit Nazzjonalista bla ebda kowordinazzjoni ta xejn. Diskors li hafna drabi kien konfligenti mal pozizzjoni ufficcjali tal partit. Fost id-deputati tal-Partit Nazzjonalista bhalissa il-hsieb kommuni hu “la l- kap tal- Partit qed jigi jitnejjek hu mela ghalfejn ghandi nohrog ghonqi u nhabbel rasi jien?” Eddie bir ragun kien jghid “Qalbna mal-haddiema”. Taht Bernard Grech l- ghajta tal-PN inbiddlet u saret “Qalbna max-xallaturi”. Ghax ghidli int liema haddiem jista jaghmel xahar barra minn Malta jixalla idur bil-caravan?