Bernard Grech u Michael Piccinino jibilgħu kliemhom dwar programmi politiċi li nħolqu għaż-żgħazagħ meta Dr. Adrian Delia kien kap tal-Partit Nazzjonalista
Minn korrispondent mid-Dar Ċentrali
It-Tlieta, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, ħabbar programm “ġdid” ta’ formazzjoni politika imsejjah “STEP – Systematic Training for Effective Politics”. Għalkemm ġdid fl-isem, dan il-programm huwa kopja, bi ftit tibdil, fuq il-programm li kien sar fi żmien Adrian Delia u kienu jismu Future Leaders. Dan il-programm kien ġie mfassal mill-eks-Segreatrju Ġenerali Clyde Puli mall-eks-MP Charlo Bonnici fl-2018. Dan hu r-ritratt ta’ meta ġie varat dan il-programm fi żmien Adrian Delia.

Minflok ħallieh bl-isem propju tiegħu, ta’ Future Leaders, kif semmieh Clyde Puli, Michael Piccinino bidillu ismu għal żewġ raġunijiet.
L-ewwel raguni għaliex Piccinino għad irid jidher li wettaq xi ħaġa ġdida u ta’ sugu minn mindu ngħaqad mall-klikka tal-heroes li waqqgħu lil Adrian Delia biex tellgħu lil Bernard Grech.
It-tieni raġuni hija li Bernard Grech u l-konsulent tieghu Louis Galea kienu qalu li l-frott ta’ Future Leaders, inkluż l-istruttura l-ġdida li ħoloq Clyde Puli għaż-żgħażagħ adolloxxenti TeamStart PN, ma servew għal xejn ħlief biex ħoloq pika mall-MZPN. Dak iż-żmien, Michael Piccinino kien ta palata lil din it-teorija fażulla. Bernrad Grech kien fil-fatt wiegħed li jeqred Teamstart u minn meta spiċċa Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali Future leaders ma reġax sar. Hawn qed inġib il-video fejn fih Bernard Grech jitkellem li jrid ineħħi TeamStart PN.
Imma l-istorja u l-fatti taw raġun lill-eks-Segretarju Ġenrali Clyde Puli li f’dak il-perjodu kien ikun attakkat għaliex Louis Galea u sħabu kienu jqiesuh ta’ Adrian Delia. B’dak li ġara t-Tlieta, dawn l-istess nies urew kemm kien żbaljat Bernard Grech li qagħad fuq il-pariri tal-politiku anzjan Louis Galea, tal-eks-President tal-MZPN Joseph Grech. Dan kien ieħor li ħadem kontra din l-inizzjattiva ta’ Future Leaders.
Future leaders qed terġa’ jsir llum imma taħt isem ieħor u Teamstart PN inżamm bħala struttura tal-partit. U llum Teamstar Pn u MZPN jaħdmu tajjeb flimkien għaliex Joseph Grech Ema Portelli Bonnici u Nick Azzopardi, li hu sieħeb David Casa, ma għadhomx jagħmlu l-bsaten fir-roti
U l-MZPN llum jitmexxa minn Gabriel Micallef u Thomas Demartino, it-tnejn prodott promettenti tal-Future Leaders. Fost dawk li tħarrġu minn Future Leaders illum hemm membri parlamentari, kunsilliera lokali u uffiċjali tal-partit.
Louis Galea, involut fit-tneħħija ta’ diversi kapijiet tal-PN, kien imbeżża minn żgħażagħ promettenti, mħarrġin tajjeb fil-politika u leali lejn il-partit.
Joseph Grech, magħruf bħala bniedem politikament għażżien u l-agħar President tal-MZPN, kien mbeżża mill-kompetizzjoni.
U d-deputati tal-Blue Heroes kienu mwerwra minn kompetizzjoni żagħżugħa.
Inizzjattiva ta formazzjoni politika, issejħilha x’issejħila, hija meħtieġa għaliex jidher ċar li t-tiġdid fil-PN huwa nieqes ħafna mill-formazzjoni politika, tant li l-PN għandu kriżi ta’ identita’ qawwija. Imma tajjeb nkunu nafu x’se jingħad liż-żgħażagħ li se jissieħbu taħt il-programm hekk msejjaħ ġdid meta tkun trattata l-ideologija u l-ħsieb politiku tal-PN.
Taħt it-treġija ta’ Clyde Puli, meta kien Segreatrju Ġenerali, ma kienx hemm dubji x’jingħad li hu l-PN. Imma Clyde Puli ma’ kellux fuqu kap li kellu hu stess dubji dwar x’inhu eżatt il-PN.
Tgħid Michael Piccinino se jikkonfondi meta jistaqsuh dwar il-prinċipji tal-PN u tal-kap tal-partit tiegħu?
Oh what a sorry sorry song !