Editorjal ta’ The Times iħejji t-triq għar-riformi li l-kurja ta’ Malta trid tagħmel fil-ġbir tal-kappillani

The Sunday Times tagħtna editorjal marbut mal-finanzjalment tal-knisja. Kien editorjal li telaq mill-istorja ta’ Fr. Luke Seguna biex tkellem dwar il-mod kif il-knisja tiġbor u timmaġinja l-flus tagħha. Għal darba oħra, The Times ma kienetx ċara dwar l-istorja ta’ Fr. Luke anzi ħassejt li f’partijiet minnu, dan l-editorjal ipprova joskura lil Fr. Luke Seguna billi jgħid li l-parruċċani kellhom fiduċja għamja fih. Skont dan l-editorjal, dan ħareġ ġa mill-atti tal-qorti. Dan hu minnu. Imma fl-atti tal-qorti ħareġ aktar minn hekk. Ħareġ li l-parruċċani kienu qed jagħtu l-flus lilll-parroċċa u mhux lill-kurja u min tah il-flus qal li l-affarijiet li għalihom ta l-flus, kienu saru.

Anki quddiem dawn il-fatti, l-editorjal ta’ The Times ipprova jiġġustifika lill-Kurja. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Għaliex l-editorjal ta’ The Times qed jikteb hekk? Ir-risposta tinsab f’dak li hu għaddej bħalissa fil-kurja Maltija. Bħalissa għaddejja riforma fil-kurja li ser twassal biex grupp ta’ nies, li l-anqas huma qassisin, u li għandhom salarji fenominali, jispiċċaw imexxu kollox huma f’isem l-arċisqof. Dawn ser ikollhom kontroll assolut fuq il-finanzi u l-ġbir tal-kappillani.

Din tista’ tinstema bħala xi ħaġa ta’ fake news. Imma dawn huma l-iskopijiet ta’ dan l-editorjal.

L-ewwel biex jagħmel pressure f’isem organiżżazzjonijiet oskuri li akkost ta’ kollox Fr. Luke Seguna irdu li jinstab ħati.

U t-tieni, permezz ta’ din is-sentenza titħejja din it-triq ta’ aktar riformi amministrattiv u kontroll fuq il-ġbir mill-Kurja. B’hekk il-kundanna ta’ Luke Seguna trid tiffaċilita’ din il-mixja.

It-tielet. Dan l-editorjal semma l-mental health tal-kappillani minħabba l-pressure tax-xogħol li għandhom. Imma żgur li The Times ma kienetx ta’ għajnuna u l-anqas ta’ eżempju meta rrappurtat li lil Fr. Luke Seguna ħaduh għal testijiet f’ta’ “Frankuni” qabel ma tawh il-liberta’ proviżorja. Nistaqsi kemm persuni jintbagħatu l-“manikomju” qabel jingħataw il-liberta’ proviżorja?

Ir-raba’. The Times xandret li Fr. Luke Seguna nefaq flus fuq il-pornografija meta s’issa din l-anqas biss għadha ma nġibet bħala xhieda mill-pulizija fl-qorti. Informazzjoni bħal din – dejjem jekk minnha – setgħet biss ħarġet mid-depot jew mill-uffiċju tal-avukat ġenerali tar-Repubblika. Dawn l-affarijiet isiru meta l-każ ikun ivvizzjat. Imma The Times ma ddejqetx ixxandarha. Ara hemm ma kienx hemm problema ta’ “mental health”!

Ma hemmx dubju anki jekk dan l-editorjal hu miksi biz-zokkor, qiegħed isir biex jagħti palata lil kurja Maltija għall-pjanijiet li hemm bħalissa li jużaw dan il-fatt biex issir re-organiżżazzjoni interna minn nies li jirreferu għall-isqof ta’ Għawdex bħala Twanni l-electrician. Dawn iridu jieħdu l-kontroll assolut tal-amministrazzjoni finanzjarja u jġibu lill-kappillani u l-arċiprieti bħala il-bidilli tagħhom, billi joqgħdu jiġbrulhom il-flus ħalli huma jgawdu l-ħajja ta’ lussu fil-vilel u l-appartamenti lussużi li jgħixu fihom!

Taf x’missu investiga l-editorjal li wara dawn l-attakki fuq Fr. Luke Seguna, ma sabux amministratur biex imur Marsaxlokk. L-isqof bagħat lill-sieħbu Patrick Incorvaja u l-ewwel ħaġa li qallhom Incorvaja lin-nies li l-arċisqof mhux ġej Marsaxlokk biex jagħmel il-griżma tat-tfal u lanqas il-Vigarju Ġenerali tiegħu, Galea Curmi, ma hu ser jiġi. Incorvaja qallhom li issa l-arċisqof diġa’ ġie. B’hekk jidher li l-griżma ser jagħmilha Incorvaja nnifsu.

Fi kliem ieħor, illum l-arċisqof Scicluna qed jibża’ jiġi Marsaxlokk għaliex il-parruċċani huma irrabbjati għalih waħda sew u lesti biex jagħtuh ħasla papali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *