Darren Carabott jikxef l-anima Liberali tal-Partit Nazzjonalista u jipperikola r-relazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mal-Italja

Onor Darren Carabot għamel diskors dwar is-sigurta’ internazzjonali tal-pajjiżi Ewropej ġewwa l-parlament fi Brussel. Għamel diskors tajjeb, iżda jgħaxxaqha fi tmien tal-istess diskors meta semma l-partiti tal-lemin estrem bħala r-raġuni prinċipali tad-diskors tiegħu. Fid-diskors tiegħu, Carabott ħeġġeġ lil min kien qed jismgħu, biex isibu soluzzjonjiet kommuni għall-problema tal-immigrazzjoni fl-U.E biex b’hekk ikollna Ewropa aktar sigura. Hu anki għamel proposti tajbin u konkreti. Imma fl-aħħar tad-diskors tiegħu wera li huwa qiegħed jagħmel dawn il-proposti mhux biex fl-Ewropa jkollna aktar sigurta’ u l-immigrazzjoni titmexxa aħjar, imma biex ma jibqgħux jirbħu l-partiti hekk imsejħa tal-Far Right.

Politiku ma jagħmilx diskors fuq l-immigrazzjoni biex iżomm xi partit jew ieħor milli jerbaħ l-elezzjoni. Politiku jagħmel policies għaliex jemmen li dawk il-policies huma tajbin irrispettivament minn liema partit jista’ jerbaħ l-elezzjoni. Bla dubju meta Darren Carabott għamel dan id-diskors kellu f’moħħu l-elezzjoni li ser isiru fl-Italja fil-25 ta’ Settembru.

F’dan id diskors, id-Deputat Darren Carrabot kixef il-verita’ rigward x’inhi l-biża’ tal-liberali Maltin u Ewropew. Il-biża’ ta’ Darren Debono hu li PN taħt Bernard Grech ser ikompli jitlef il-voti minħabba din il-politika liberali li għandu. Mela waqt li jridu jibqgħu liberali fejn jidħlu policies tal-gender u dawk ekonomiċi, jridu jużaw l-immigrazzjoni bħala scapegoat biex jaljenaw lin-nies mill-falliment politiku tal-policies tagħhom stess u b’hekk in-nies ma tivvutax lil xi partit jew kandidati li jistgħu jinstemgħu li huma tal-far right. B’hekk maż-żmien qed jinkixef aktar kemm il-poltika liberali mhux qed isolvi l-problemi la tal-U.E u wisq anqas ta’ pajjiżna.

Fl-Ewropa ħafna mill-partiti hekk imsejħa tal-Lemin huma l-istess partiti li darba kienu jissejħu konservattivi kif darba kien il-PN. Żgur li ħafna mill-votanti tagħhom ġejjin minn dawk li kienu jivvutaw konservattiv jew lill-partiti xelluġin estremi. IIlum il-PN biegħ ruħu lil-Liberali u ma għadux il-Partit Konservattiv li xi darba kien. Bħal Labour, Bernard Grech kompla biddlu f’partit tal-woke.

Mela dak li qed jipproponi Carabott hija strategija ta’ konvenjenza, imma li ser ikollha konsegwenzi kbar. Storikament, il-Partit Nazzjonalista kien dak il-partit li kellu relazzjonijiet eċċezzjonali mal-Italja. Issa anki din ir-relazzjoni irnexxilhom ikissru dawn il-liberali li ħatfu lill-PN. Jekk fl-elezzjoni fl-Italja jintrebħu mill-hekk imsejħa l-Far Right, x’ser jagħmel il-PN? Ara l-Partit Laburista huwa aktar bil-għaqal. Ma hu qed jgħid xejn dwar dan.

Il-problema kbira tal-PN hija li Bernard Grech mhux waħdu f’din l-għażla u għalhekk il-PN qed jegħreq kuljum fi kriżi ta’ partit li tilef l-identita’ tiegħu u b’hekk ġie partit orfni, jiġifieri partit bla identita’ politika.

Li kieku Bernard Grech kien wahdu, tgħid li llum il-problema hija ta’ Bernard Grech. Iżda meta tisma’ lil Darren Carabott, li hu mbuttat mill-klikka ta’ Austin Gatt u ġa mitqies bħala mexxej potenzjali tal-PN, jagħmel proposti tajba dwar l-imigrazzjoni u sigurta’ interna iżda mbagħad jgħaxxaqha fl-aħħar, tinduna li ma hemmx tama. Diskors bħal dawn ser jiġu nnutati u dawn il-partiti hekk imsejħa tal-Far Right, li finalment qegħdin fil-parlament Ewropew ser jinduna li l-PN Malti llum, allavolja Partit Konservattiv, hu Partit li qed jaħdem kontra l-interessi tagħhom biex ma jibqgħux jirbħu fl-EU. Din għandha tinkwieta lil min isegwi l-politika barranija tal-Partit Nazzjonalista.

Tinkwieta għall-pajjiżna għaliex jekk ‘l hekk imsejħa Extreme Right ser imorru fil-Gvern fl-Italja, il-Partit Nazzjnalista ifisser li tilef l-alleanzi storiċi tiegħu. U dan kollu, għaliex spiċċa jħaddan il-politika tal-woke. Finalment, dawn mhux ser jagħmlu xi dittatura. Salvini ġa wera li lest anki li jmur mill-gvern għall-oppożizzjoni. ‘L hekk imsejħa partiti tal-Far Right fl-Ewropa illum huma parti mis-sistema parlamentari Ewropea.

Dan ifisser li l-kriżi tal-PN hija akbar minn Bernard Grech. Dik hija l-problema tal-PN llum. L-iskop tal-politika tagħhom hija l-egoiżmu tagħhom stess. Dan il-partit għadu jaħseb li l-EU hija tiegħu. Fir-realta’ l-Ewropa hija tal-poplu. Malta ukoll hija tal-poplu mhux tal-Labour u tal-PN.

Il-poplu hu sovran u l-poplu jiddeċidi.

https://fb.watch/fuwdxg9wtP/

One thought on “Darren Carabott jikxef l-anima Liberali tal-Partit Nazzjonalista u jipperikola r-relazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mal-Italja

  1. jiena nemmen li il’Partit hu il poplu mghaqud fGhaqada politika li tirraprezentah bhala grupp ghax mhux possibbli li kulhadd jitkellem f-daqqa izda permezz ta l-Ghaqda jinstema lehen wiehed
    issa min ma jibdilx jitqammel ghax ma jibqax miexi ma tibdiliet ta zmien u anke it-tmexxija Ewropeja trid tbiddel ghax mhux sew li il-magguranxa ghanda tkun f-idejn mill istess mexxejja ghax dan jists johloq forma ta dittatorjat kif qed naraw bhal Mettsola li ikollha spalla biex twettaq idejat li jistu jiffafurixxu b’xi mod jew iehor idejat li ma jkunux idejali ghal progress jew avvanz ta Demokkrazzja kif kultant naraw min certi mexxeja kbar ta din l’Ghsqda li suppost hija turija ta Ghaqda u fraternita’

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *