Where your opinion counts

Gvern li jitkellem waħdu biex jaħbi l-islowdown kbir li hemm bħalissa fl-operat taċ-ċivil

Minn osservatur mid-Dar Ċentrali

Dan huwa Gvern li jitgħaxxaq jitkellem waħdu. Qabel il-budget jibda jipprogramma lin-nies biex jaħsbu u jemmnu li dak li qed jgħid huwa, huwa l-verita filwaqt li jkun kuntrarju tal-verita’. Din hija issa l-funzjoni li qed tieħu l-MCESD. Saret pjattaforma fejn il-ministru tal-finanzi jgħid x’ser jagħmel – qiesu xi diskors mit-tron – aktar milli diskors biex jinstiga diskussjoni miftuħa.

U x’qal il-ministru fid-diskors tiegħu? Qal li l-gvern ser joffri ċertezza. Jidher ċar li l-ministru qed jitkellem hekk għaliex fil-pajjiż qed tikber l-inċertezza ekonomika.

L-impressjoni li qed jipprova jagħti l-gvern hija dik li meta jitkellem hu, iridek temmnu għaliex jitkellem waħdu. U meta titkellem waħdek tista’ tgħid li trid.

Fil-verita’ ma hemm l-ebda leħen ieħor li llum jista’ jmeriħ lil dan il-gvern. Iżda hemm il-fatti jwerżqu waħidhom u li juru li dak li qed jgħid huwa biss kisja zebgħa bil-ġir li mal-ewwel xita, jitlaq kollox.

Għalissa li jiswa’ għal dan il-gvern li kulħadd jemmen dak kollu li qed jgħid hu.

Imma kollox mibni fuq bżieżaq tas-sapun. U dan qiegħed jinħass sew tant li hemm slow down kbira fl-operazzjoni jew kif jaħdem iċ-ċivil. U dan ma jirriflettix tajjeb fuq il-ħidma tal-gvern. U issa dan qiegħed anki jidher fil-pubbliku fejn ħafna kapijiet taċ-ċivil mhux qed jattendu funzjonijiet uffiċjali tal-gvern li fihom ikun hemm il-preżenza tal-Prim Ministru. Dan deher sew fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru, li hija waħda mill-festi Nazzjonali u b’hekk il-Gvern joħroġ inviti uffiċjali lin-nies taċ-ċivil tiegħu. Din qed titqies bħala passive resistance li qed issir bħalissa fi ħdan l-istess operat tal-gvern minħabba l-iskuntentizza kbira li teżisti.

One thought on “Gvern li jitkellem waħdu biex jaħbi l-islowdown kbir li hemm bħalissa fl-operat taċ-ċivil

  1. “li jiswa’ għal dan il-gvern li kulħadd jemmen dak kollu li qed jgħid hu.”
    Jekk jemmen jek sejjer zball kbir! Wara is success ta JOSEPH MUSCAT hu il mizerja ta COVID, naqra impossibbli biex kollox jinsab ward hu xagħar.

    Imma😗😛 sewwa jaghmel ikun possittv. WAY TO GO!

Leave a Reply to Anthony Pavia Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *