Where your opinion counts

Qed jitħejja pjan biex itajru lil Bernard Grech

Dan is-sit jinsab infurmat li qed isiru laqgħat bil-moħbi biex fihom titħejja strateġija li għandha twassal biex jitneħħa Bernard Grech minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. F’din l-istrateġija hemm involuti nies ta’ Repubblika u fiha ser ikunu qed isibu l-għajnuna ta’ ġurnalisti ħbieb li dejjem tawhom servizz kif mixtieq.

Infatti dawk involuti qed jieħdu l-okkażżjoni tal-assenza ta’ Bernard Grech minn Malta. Issa, Bernard Grech ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat, eżattament minn wara Santa Maria idur bil-caravan fl-Ewropa. Ebda kap ieħor tal-PN qatt ma għamel xahar jew aktar imsiefer fuq vaganza. Tant kemm it-tgergir qed jikber li issa ġa qed isir fil-pubbliku u anki qed jidher fuq il-Facebook site tal-PN stess.

Posts bħal dan, fejn fih qed jintalab ċar biex il-PN jagħmel xi ħaġa minħabba li Bernard Grech spiċċa issa kap skreditat, ser jiżdiedu u mhux jonqsu fil-jiem li ġejjin.

Min-naħa tagħhom, dawk involuti mhux qed iqajmu l-ebda tgergir fuq l-assenza ta’ Bernard Grech minn Malta għaliex huwa fl-interess tagħhom li Grech idum kemm jista’ jkun assenti ħalli jaħdmu bil-mod u fil-kwiet. Imma dawk involuti jafu li ħafna li huma ta’ ġewwa fil-PN, illum huma konvinti li Bernard Grech qiegħed hemm għall-paga u l-perkaċċi fosthom it-tgawdija ta’ karozza tal-gvern, mobile, xufier, credit card tal-partit, ikliet u vantaġġi oħra li ġġib magħha l-kariga ta’ kap tal-oppożizzjoni. B’hekk dawn jinsabu konvinti li Bernard Grech, meta jagħtuh id-daqqa, mhux ser isib il-bażi warajh.

Dan is-sit jinsab infurmat li dawn l-istrateġisti għandhom anki support ta’ nies qrib il-kurja li fil-mument opportun lesta li tuża r-risorsi tagħha, kif kienet għamlet meta bdiet kampanja kontra Adrian Delia, ħalli jitneħħa Bernard Grech.

Verament kliem Kristu profetiku għaliex min jagħti bis-sjuf, bis-sjuf imut!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *