Fl-interess tal-pazjenti tal-Cancer, Alex Borg u Adrian Delia jitolbu lid-Direttur Ġenerali tal-kuntratti jinvestiga x-xiri ħażin ta’ appartat mediku

Ilbieraħ, id-deputat Nazzjonalista Alex Borg tella’ post fuq il-Facebook page tiegħu. F’dan il-post hu qal li flimkien ma’ Adrian Delia bagħat korrispondenza lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti Pubbliċi, dwar appartat li nxtara għall-pazjenti tal-cancer. Fuq dan l-apparat kien ħareġ tender u l-kriterija li ntużat fl-għoti ta’ dan it-tender li qed jitħallas mill-flus Ewropej, kien dik tal-inqas prezz. Sa hawn mhux problema. Imma il-problema tinsab fil-fatt li t-tender magħżul fuq il-bażi tal-inqas fil-prezz, ma kienx qed jissodisfa l-kriterji kollha tat-tender. Fi kliem ieħor l-apparat għandu affarijiet nieqsa fih li ma jistax iservi kif mixtieq lill-pazjenti tal-cancer.

B’hekk dawn id-deputati, fl-interess tal-pazjenti li qed ibatu bil-cancer bagħtu din l-ittra (li qed inġib hawn isfel) lid-Direttur Ġenerali tal-kuntratti biex jinvestiga. F’din l-ittra, dawn id-deputati jikxfu x’sar ħażin f’din l-għotja ta’ tender minn Gvern Laburista, fl-isptarijiet tagħna.

Għalhekk huma talbu lid-Direttur sabiex fuq l-informazzjoni li ġiet mogħtija minnhom, id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti jinvestiga, kif obbligat mill-liġi l-abbużi li saru u li qed isiru f’dan il-kuntratt!

Dan huma għamluh sabiex il-pazjenti morda bil-kanċer ma jħallsux il-prezz ta’ min qed jabbuża mis-sistema waqt li jkollhom l-aħjar servizz!

Alex Borg għalaq il-messaġġ tiegħu bil-kliem – “Inkomplu bil-ħidma 🇲🇹“.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *