Il-faqar qed jiżdid f’pajjiżna: ix-xhieda ta’ dan huwa l-bżonn ta’ ‘food banks’

Minn osservatur politiku

Ħafna familji, ħafna żgħażagħ, ħafna penzjonanti qed jaffrontaw żminijiet diffiċli. Dan minħabba l-għoli tal-ħajja li laqgħat lil pajjiżna bħal ma laqgħat pajjiżi oħra madwar id-dinja. Imma kif jgħid il-Malti, kulħadd tiegħu jħoss. U dan qed iħossuh kemm Maltin kif ukoll Għawdxin. L-għoli tal-ħajja tant refa’ rasu li sar wieħed ta’ inkwiet serju għal eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Dawk kollha li għandhom dħul baxx qed iħossu dawn iż-żidiet fil-prezzijiet li qed ikollhom effett saħansitra fuq il-ħajja mentali tagħhom. Dak li l-ħin kollu thewden li mhux ser tlaħħaq sal-aħħar tax-xahra, hija xi ħaġa inkwetanti li taffetwalek it-trankwillita tiegħek.

Il-lista ta’ dawk li jgħixu fil-faqar qed dejjem tiżdied. Anke dawk li jinsabu fir-riskju mminenti tal-istess faqar qed tikber b’tali mod li qed twerwer lil diversi nies li verament jgħaddu ħajjithom jissieltu biex jgħinu lil nies fil-faqar.

Dan l-aħħar kellna dikjarazzjonijiet minn nies li jmexxu il-food banks li n-numru ta’ nies jitolbu l-għajnuna żdied bil-goff. U aktar inkwetanti huwa l-fatt li l-maġġoranza ta’ dawn li qed jirrikorru għand il-food banks huma Maltin. Persuna li tieħu pjaċir taqra kitbietha f’dan ir-rigward huwa Ivan Bartolo (tal-Mosta).

Il-kitba tiegħu tasal direttament fil-qalb ta’ kull persuna għax kull ma jgħid jew jikteb huwa marbut fuq il-fatti u fuq l-esperjenza personali tiegħu. Allura żgur li Bartolo jkun qed jirrifletti fuq affarijiet veritiera u li tassew jiltaqa’ magħhom ta’ kuljum fil-vokazzjoni tiegħu. Huwa veru li l-ħajja għoliet. Dan jivverifikah kulħadd, saħansitra r-rappreżentanti tal-Gvern jammettu dan.

Imma kemm qed joffri għajnuna l-Gvern f’dan ir-rigward? Mhux biżżejjed li l-Gvern jammetti li l-affarijiet għolew u ma jsir xejn biex nilqgħu għal dan il-fenominu pjuttost ġdid. Mhux biżżejjed li nsibu u nsemmu r-raġunijiet għalfejn dan l-għoli tal-ħajja qed iseħħ. Il-Gvern hu mistenni li jieħu azzjoni biex itaffi xi ftit minn dan l-għoli tal-ħajja. Ma jistax ikun li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa’ dejjem iżid fil-faqar tiegħu. Din hija ġlieda li ħakmet lill-pajjiż u l-Gvern huwa responsabbli għalija wkoll u jrid jgħin biex itaffiha.

Peress li f’pajjiżna ngawdu minn suq ħieles, mhux aċċettabli li Ministru tal-Gvern jirrispondi għall-problema tal-għoli tal-ħajja, billi tibagħtek tixtri mingħand min ibiegħ l-orħos. Dik hija arroganza tal-għola livell u ebda persuna umana ma għandha tkun stmata b’dak il-mod.

2 thoughts on “Il-faqar qed jiżdid f’pajjiżna: ix-xhieda ta’ dan huwa l-bżonn ta’ ‘food banks’

  1. Veru li, skond il-kalkoli ta’ llum, qed jizdied il-faqar. Imma biex artiklu ikun sunnier, irid jinghad li l-kalkoli ta’ llum mhumiex il-kalkoli tal-bierah. Illum jigu ‘kkalkolati affarijiet li, l-bierah, min kellu lilhom, kien jitqies sinjur zghir. Huwa tajjeb li jigu ‘kkalkolati il-bzonnijiet tal-lum. Imma li tigi pparagunata l-istatistika ta ‘llum ma ta’ bierah minghajr ma jissemma li l-affarijiet studjati huma differenti mhu xejn inqas minn qerq.
    Ghalhekk, artikli bhal dan huma sempliciment ” SPIN “.

  2. Il food banks ghal kumerc we’d issiru ngo’s jiprofetaw running ghax we’d jighdu ghal barranin meta hawn il guy Malta?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *