Jason Azzopardi mar jgħajjat li Ta’ Kastilja Kriminali meta ftit tal-jiem qabel kien qed jiekol u jixrob magħhom

Ftit tal-jiem ilu kien hemm festin familjari organizzat minn businessman ewlieni f’pajjiżna li mhux l-ewwel darba li ismu jkun fil-media. Imma li jagħmel din l-attivita’ ta’ natura nazzjonali, kien il-fatt li fost il-mistiednin kien hemm Jason Azzopardi. Azzopardi ma ddejjaqx imur għal din l-attivita’ ta’ dan il-businessman allavolja ismu jissemma fil-media bħala wieħed mill-fat cats.

Qed nippubblika din l-istorja mhux għax irrid nidħol fil-ħajja privata ta’ dan il-businessman jew ta’ Jason Azzopardi imma sempliċiment biex jekk ‘il quddiem tinqala’ xi storja, bħal ma kien ġara fil-każ ta’ Yorgen Fenech u dan il-businessman ikun fl-aħbarijiet, ma jiġix Azzopardi jgħid li qatt ma kien jafu. Infakkar li Azzopardi qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech u wara ħareġ li kien attenda it-tieġ tiegħu. Infakkar ukoll li jien kont l-ewwel li ħriġt b’din l-istorja u ried jagħmilli libell.

Għal din l-attivita’ ta’ dan il-businessman partikolari kien hemm anki Ray Bezzina u Francis Zammit Dimech. Ma hemmx xi żżid. Id-diskors waqa’ fuq il-politika u mgħaġġbin kemm Ray Bezzina tkellem kontra Bernard Grech ma’ Zammit Dimech. Tant li anki Jason Azzopardi spiċċa jgħid man-nies li Ray Bezzina tkellem kontra Bernard Grech!

Issa għal dawk li lbieraħ t’lura ħarġu jipprotestaw, kemm ngħidilhom li għal din il-festin organizzat minn dan il-fat cat, li għalih attenda Jason Azzopardi, kien hemm ukoll nies importanti li jaħdmu ġewwa Kastilja fosthom il-persuna ġewwa Kastilja li tieħu ħsieb il-permessi l-kbar tal-Planning Authority u hija mitqiesha bħala l-bniedem – ma’ min hu ta’ ġewwa – li trid tkellem Kastillja jekk trid li jgħaddi xi permess mingħand il-planning. Ara hemm Jason Azzopardi ma ddejjaqx jattendi festin ta’ wieħed mill-fat cats li għalih marru wkoll il-“kriminali” ta’ Kastilja.

Imbagħad mar jipprotesta ġewwa l-Belt u jgħajjat li Kastilja bejta tal-kriminali meta ftit tal-jiem qabel kien qed jiekol u jixrob magħhom f’dan il-festin.

Ara jekk ta’ Repubblika hux ser jgħidulek b’dawn l-istejjer! Qatta ipokreti.

2 thoughts on “Jason Azzopardi mar jgħajjat li Ta’ Kastilja Kriminali meta ftit tal-jiem qabel kien qed jiekol u jixrob magħhom

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *