Salvu Balzan irid li ż-żieda fuq il-prezz tal-fuel jassorbiha l-poplu; imma ma qal xejn fuq il-flus li qed idaħħal f’forma ta’ direct orders

John Spiteri Gingell iwieġeb fuq il-Facebook Page tiegħu lil Salvu Balzan wara artiklu li dan tal-aħħar kiteb fejn fih qal li ma hemm xejn ħażin jekk il-gvern iżid il-prezz tal-fuel, u din iż-żieda jassorbiha l-poplu. Dak li hu importanti, skont Salvu Balzan, huwa li l-gvern jibqa’ jżomm mal-budget li għandu. Din hija t-tweġiba li tah John Spiteri Gingell:

Naf x’qed jinkwietah lil Salvu – issa li l-gvern irid jara mnejn ser jiffranka l-flus biex ikompli jipprova jassorbi l-għoli tal-prezzijiet tal-eneġija? Qed jibża’ li jaf jitlef xi ftit minn dawk id-direct orders li jgħix minn fuqhom? X’ma jgħidx li huwa żball li gvern jmiss il-buġits! Ma jara xejn ħażin skont hu li ngħabbu ż-żieda fuq il-konsumatur. Jgħid li m’hu ser jiġri xejn kbir b’daqshekk. Forsi jaħseb li kulħadd jgħix bħalu fuq id-direct orders u t-taparsi artikli li m’huma xejn ħlief propaganda mħallsa mill-UE. Jaf li hawn l-eluf li diġa’ qed jissieltu biex jżommu rashom ‘l fuq minn wiċċ l-ilma bl-għoli ta’ l-ikel biss? X’jaħseb li ser jiġrilhom jekk jekk inżiedulhom l-prezz tad-dawl u l-ilma b’ta lanqas ħmistax fil-mija? Jaħseb li jistgħu jieħdu xi direct order biex jagħmlu tajjeb?

Sewwa jagħmel il-gvern jipprova jassorbi dawn iż-żidiet għax jekk ma jagħmilx hekk l-effett ikun wieħed esponenzjali. Il-kumpaniji jibdew jitfgħu n-nies il-barra u nkunu qed nistiednu l-kollass. Kemm kapaċi l-gvern jibqa’ jissussidja hija kwistjoni oħra għax hawn qegħdin bejn żewġ konsegwenzi koroh – aktar dejn jew kollass totali.

Il-biċċa hi li l-poplu qed ibati dawn il-konsegwenzi minħabba politika żbaljata tal-UE li hu qatt ma ġie kkonsultat fuqha u wisq anqas ivvota għaliha – għax dik hi d-demokrazija Ewropea. L-iżball tal-gvern hu li mar jintrabat ma’ karru ta’ ħaddieħor. Dak li jiġrilek meta m’għadekx sovran.

Salvu jitkellem bħal li kieku kien oraklu u kien jaf x’ser jiġri u li kollox kien inevitabbli iżda fejn kien hu f’dawn l-aħħar xhur? Kemm-il artiklu tella f’dawn l-aħħar xhur jantiċipa x’ser jiġri b’konsegwenza tal-politika diżastruża tal-UE? Kemm-il artiklu tella’ fuq is-sit tiegħu biex jikkwistjona d-deċiżjonijiet meħuda f’isimna? Kemm-il artiklu tella’ biex jikkritika l-politika suwiċidali li taf l-oriġini tagħha fil-fantażija tal-Ħodor? Imkien. Kien bieżel jagħmel lira jippubblika l-propaganda tal-UE.

Mur u ħallina Salvu. Issa oqgħod kwiet u aħdem għall-flusek u bati bħal ħaddieħor.

One thought on “Salvu Balzan irid li ż-żieda fuq il-prezz tal-fuel jassorbiha l-poplu; imma ma qal xejn fuq il-flus li qed idaħħal f’forma ta’ direct orders

  1. Jiena infurmat li il gurnalisti Tal Malta Today ghandhom Bil paga nieqsa .Ir raġuni li Saviour Balzan gab hi u qallhom lil gurnalisti li ma jistax itghom il paga kollha ghax gholiet il karta.Veru trid tkun ma tidhirx.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *