Leone Ganado jgħid lil ta’ Repubblika biex ikomplu jħammru wiċċ Malta

Araw x’qalilna Godfrey Leone Ganado permezz ta’ tweet b’referenza għall-protesta li ġiet organizzata ilbieraħ fil-Belt minn dawk ta’ Repubblika u sħabhom. F’dan it-tweet, qal speċifikament li dawn il-protesti għandhom isiru bl-iskop u hawn ser nuża kliemu stess “biex inħammru wiċċ Malta jew “Let’s shame Malta”.

Fejn hu l-Partit Nazzjonalista tas-sbejħa patria? Fejn hu l-patrijottiżmu ta’ dan il-partit li jiftaħar li Alla miegħu? Ma’ dawn l-ideat irid illum jingħaqad il-Partit Nazzjonalista? Għaliex għandna nistħu minn pajjiżna? Għaliex għandna nagħmlu il-ħsara lill-pajjiżna? Għaliex għandha nġegħlu tistħi.

Mela Leone Ganado u l-kuntratturi li qed ikerrhu l-ambjent Malti jistgħu joqogħdu f’keffa waħda. Ma hemmx differenza bejnithom għaliex it-tnejn ħsara lill-pajjiżna qed jagħmlu bl-oxxenitajiet tagħhom!

Nispera li l-protesta li saret il-Belt ma kienetx biex ikun imħammar wiċċ Malta. Jgħid li jrid Leone Ganado imma jien żgur mhux ser noħroġ nipprotesta kontra Malta. Żgur li mhux ser nagħmel ħsara lill-pajjiżi. Imbagħad f’dik il-protesta kien hemm nies li qed jieħdu l-eluf u hemm min il-miljuni minn fuq wiċċ Malta. L-anqas jafu jistħu!

Jien żgur li mhux ser nasal biex nġiegħel lill-pajjiżi jistħi.

Dan huwa diskors ta’ għajb għal min qalu. U għalhekk il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jieħu r-ruħ b’dawn in-nies ma’ saqajh.

Nispera li t-tmexxija tal-Għaqda Repubblika u l-organiżżazzjonijiet l-oħra jiddistakkaw ruħhom minn dan it-tip ta’ diskors.

Ebda Malti ma għandu għax jistħi minn pajjiżu. Ebda Malti ma għandu jagħmel l-iċken ħsara lill-pajjiżu.

2 thoughts on “Leone Ganado jgħid lil ta’ Repubblika biex ikomplu jħammru wiċċ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *