Minn wara l-elezzjoni, il-flus saru problema għal dan il-gvern
Minn osservatur politiku
Sa ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet il-flus ma kienux problema għall-Gvern. Kien qed jonfoq bl-addoċċ. Kuljum konna nisimgħu bi flejjes li intefqu fuq xi okkażżjoni jew oħra. Money – no problem kienet il-mantra tal-Gvern sa Marzu li għadda.
Imma issa l-folja inqalbet. Issa għaddejjin minn żmien fejn ser ikollna nissikkaw iċ-ċintorin. Id-defiċit refa’ rasu għal-livelli allarmanti u saħansitra anke l-Ministri tal-Gvern, speċjalment il-Ministru tal-Finanzi, qed iħoss li jrid jagħmel xi ħaġa għax il-kaxxa ta’ Malta ser tinfaqa’ jekk mhux diġa nfaqgħet. Issa ndunaw li l-finanzi u l-flejjes fl-idejn saru limitatissimi.
L-ekonomija, għalkemm qed ikollna ħafna ftaħir li qiegħda tirpilja tajjeb, ma hix sejra tajjeb daqs kemm wieħed kien qed jantiċipa jew jistenna. Fil-budget li għadda ma kellniex dawn il-previżżjonijiet u minħabba f’hekk issa l-Ministru tal-Finanzi jrid inaqqas l-infiq akkost ta’ kollox. Fil-fatt il-Ministri kollha ġew ordnati biex inaqqsu in-nefqa tagħhom b’200 miljun euro.
L-isfortuna hija li dan it-tnaqqis veru beda, imma beda minn settur li kulħadd kien qed jistenna li ma jintmessx. Laqgħat mill-ewwel l-edukazzjoni. S’issa nafu biss li l-Universita’ ta’ Malta tnaqqsilha l-budget tagħha b’1.2 miljun euro.
Imma possibbli minn daqstant setturi kien hemm għalfejn jintmess is-suttur edukattiv? Jaf il-Ministru tal-Finanzi li dan huwa l-pedament ta’ kull attivita li ssir fil-pajjiż? Jaf il-Ministru li fl-Universita’ ta’ Malta jiżviluppaw l-aktar imħuħ li pajjiżna għandu bżonn? Jaf il-Ministru li l-edukazzjoni toħloq l-akbar investiment, dak li jolqot direttament l-imħuħ taż-żgħażagħ tagħna li fuqhom irid jinbena l-pajjiż? Jaf il-Ministru li laqgħat settur li fuqu jrid jinbena l-futur tal-pajjiż?
Kuljum qed joħorġu fl-aħbarijiet nazzjonali li kienu u għadhom ħerġin direct orders galor. Dawn jammuntaw għal miljuni. Ħafna drabi dawn imorru għand il-ħbieb tal-partit fil-gvern jew għand ħbieb tal-ħbieb tal-istess partit. Saret ħaġa komuni li l-ministri ma jagħmlux distinzjoni bejn il-Gvern li huma obbligati jmexxu mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, u l-partit Laburista.
Saret għaddejja mantra fil-pajjiż li kull ministru jiġi jaqa’ u jqum minn kull diċenza u jagħmel dak li jrid u dak li jfettillu. Kollha kemm huma qed jiġu jitmellħu minn kulħadd u ma jagħtu każ ta’ xejn. U biex inkunu nafu bihom dawn il-ħniżrijiet kollha trid tkun hemm xi waħda mid-djar tal-aħbarijiet li tikxef dawn l-maniġġi. Bħala eżempju ħaj nistgħu nsemmu dak li ħareġ fl-aħħar siegħat fejn il-poplu sar jaf li kien hemm kuntratti oxxeni bejn il-Gvern u ex Ministru tal-Gvern tal-Labour li ġġarantixxa minn flus il-poplu mijiet ta’ miljuni ta’ euro fl-electrogas. Jekk mhix korruzzjoni din ma nafx kif tista’ tkun il-korruzzjoni jew direct order!!!
Gawdejt minnha sinjur ghax il.kontijiet tad.dawl u l.ilma ilhom li rahsu mill.2014 u ghadek tgawdi. Issa bil.kurruzzjoni u mhux il.poplu gawda sewwa. Tidher li ma intiehx okkorrenti ma’s.sitwazjoni internazzjonali bil.gwerra go l.ewropa. Hallina guy ahael wiccek
NISTAQSI BISS QIEGHED,,,KIF GHAQDIET NTERNAZZJONAI BHAL MOODYS. ETC KULL FTIT GRANET JOHORGU RAPPORTI DEJJEM JIGHDU KEMM MALTA SEJRA TAJJEB IN NUMBER ONE .
RIGWARD IL KONTIJIET TAD DAWL / ILMA DAWN L-AHHAR ZEWG KONTIJIET IT TNEJN KIENU TAHT IL 100 EWRO WIEHED 95 EUROS U TAL GIMGHA L–OHRA 93 EWROS . NAHSEB LI IL KRITIKA LI KIENU JAGHMLU IN NAZISTI NAZZJONALISTI WAASLU BIEX JAGHTU IL FROTT.