Nies qrib Bernard Grech qed jieħdu opportunita’ tan-nuqqas tiegħu biex jaħdmu fuq min jista’ jkun kap minn floku
Dan is-sit jista’ jkompli jiżvela li n-nies ta’ Bernard Grech qed jaħdmu biex jidentifikaw dawk id-deputati mill-fazzjoni tagħhom li jistgħu jieħdu post Bernard Grech innifsu meta jkun il-mument opportun. Huma qed jaħtfu l-opportunita’ tal-fatt li Bernard Grech qiegħed idur bil-caravan biex jaraw minn jista’ jagħmlu kap fl-2027.
B’hekk hemm strateġija li jibdew jittrawmu persuni għal din il-pożizzjoni ħalli dawn jkunu lesti għal meta jiġi dan il-mument. Ġa ġiet ikkompilata l-lista ta’ dawk id-deputati u persuni li jista’ jkunu potenzjalment kap tal-Partit Nazzjonalista minflok Bernard Grech. F’din il-lista hemm kemm nisa u rġiel u l-ġenerali ħadu nkonsiderazzjoni anki dawk li jista’ jkunu min-naħa l-oħra. Dan sar biex tkun tista’ tinbena kampanja minn issa biex dawk mill-kamp oppost ikunu eliminati jew oskurati, waqt li jiġu mbuttati u mrawma l-kandidati midluka.
Dawk fil-fazzjoni mitqiesha ta’ Bernard Grech qed jitfgħu għajnejhom fuq Jerome Caruana Cilia, Rebekah Cilia u Julie Zahra bħala kandidati li jistgħu jkunu kap jew viċi-kapijiet fil-futur qarib. Magħhom qed issemmgħu ukoll lil Eve Pace Bonello u Martina Caruana. Dawn kollha mitqiesha bħala parti mill-fazzjoni ta’ Grech u l-ġenerali ta’ din il-fazzjoni qed jaraw fihom il-kapaċita’ ta’ tmexxija. Ovvjament, dawn huma mitqiesha bħala kandidati żgħar u għalhekk żgur li ma hux ser ikunu tajbin biex jidħlu għat-tellieqa fl-2024, imma jistgħu jkunu potenzjalment papabbli fl-2027, speċjalment jekk Roberta Metsola tibqa’ ma turix interess fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista minħabba l-ħidma tagħha fl-Ewropa.
Min-naħa l-oħra, din il-fazzjoni qed tara minn jista’ jkunu l-kandidati minn fazzjonijiet oħra li jistgħu jkunu potenzjalment kompetituri għal dawn il-kandidati. Il-problema li għandhom dawn il-ġenerali hija li dawk id-deputati li ma humiex fil-fazzjoni ta’ Bernard Grech huma mitqiesha li għandhom potenzjal ħafna aktar qawwija u b’saħħtu mid-deputati li huma mitqies ta’ Bernard Grech.
Fost dawn ġie identifikat Darren Carabott li hu mitqies bħala wieħed ta’ Austin Gatt. Gatt kellu qabel lil Claudio Grech. Gatt kien qed jipprova jmexxih għall-leadership tal-Partit Nazzjonalista. Imma l-pjan falla. Peress li Claudio Grech ma ħarigx għal din l-elezzjoni, issa Austin Gatt tefa’ l-weight tiegħu kollu fuq Darren Carabott.
Ma’ din il-lista qed jissemmgħu tlieta oħra. Dawn huma Janice Chetcuti, Alex Borg u Justin Anastasi. L-isem ta’ Janice Chetcuti ġa ssemma fil-pożizzjoni ta’ viċi-kap. Imbagħad hemm Justin Anastasi. Anastasi huma persuna li ftit illum hija magħrufa man-nies, imma magħruf sewwa fiċ-ċrieki tal-PN għaliex intelliġenti u bniedem ta’ suċċess. Alex Borg ġa għamel suċċess elettorali tant li ismu ġa ssemma’ bħala kandidat potenzjali u tant kemm qed jitqies li għandu potenzjal li ġa bdew l-attakki fuq Borg mill-fazzjoni ta’ Bernard Grech.
Min-naħa l-oħra, l-avukat Joe Giglio mhux fuq il-lista għaliex il-grupp ta’ madwar Bernard Grech jafu li dan ġa ġie politikament maqtul min-nies ta’ Repubblika. Imma xorta mhux qed jieħdu riskju u kif qed jirrapporta dan is-sit, qed iħallu lil ta’ Repubblika u l-ħbieb tagħhom biex ikomplu jattakkawh u jkissruh politikament.
F’mument fejn ħafna qed iħossu li kull tama ta’ rkupru tal-PN intilfet, l-istess tama tista’ terġa’ tinbeda la darba wieħed jew iktar min dawn l-ismijiet jitħarrġu bħala leaders tal-futur. Fuq kollox, l-aktar ħaġa li jridu jkunu mħarrġa fiha hija kif ser iġibu lil dawn il-fazzjonijiet kollha flimkien.
I think that leaving till 2027 to replace Bernard Grech as leader of the PN is to late to be able to run a real campaign that can get results in 2027. The final test for Bernard Grech is his standing in the run up to the elections of the MEPs and Local Councils in 20 months from now. The PN cannot afford a bad result in these elections, especially with the MEPs, which the PN has never won. A bad result for the PN should see Bernard Grech’s exit without any delay, consequently the PN must have a leader waiting on the lines ready to take over and prepare the party for 2027. I wouldn’t object for a Gozitan leader.