Mhux veru li hemm ħafna reżenji f’St Albert College: b’li qed tgħid l-MUT, aktar qed tagħmel is-sitwazzjoni ta’ Mario Mallia imwegħra
Wara li falla l-attentat tal-media konta Fr. Luke Seguna, issa l-kanuni reġgħu daru fuq St. Albert College. Ir-retorika hija ta’ scaremongering mibnija fuq il-gideb.
Fil-verita’ kien hemm biss żewġ għalliema tal-primary li telqu u magħhom kien hemm assistant head tas-sekondarja. Jiġifieri ma kien hemm xejn ta’ barra minn hawn. Dawn huma reżenji li jkunu normali fl-iskejjel matul is-sajf. Magħhom kien hemm ukoll segretarja li rreżenjat. B’hekk kull ma għandna huwa ħafna paroli fil-vojt u spin mill-ġurnali biex jallarmaw lill-ġenituri.
B’hekk ma hux ċar għala l-MUT qed tieħu din l-attitudni meta issa dan il-każ qiegħed quddiem it-tribunal industrijali. Fuq kollox, b’dak li qed tagħmel u tgħid, l-MUT aktar qed tipperikola l-każ ta’ Mario Mallia u ser tiġġustifika t-tkeċċija tiegħu. Jiġifieri aktar ma l-MUT ser tibqa’ sejra biha, aktar ser tagħmel ħsara lil każ ta’ Mallia.
Għala qed ngħid dan? L-MUT semmiet li l-iskola tad-Dumnikani fil-Fgura ma għandiex liċenzja. Jien ma nafx eżatt x’ġara biss naħseb li surmast tal-iskola għandu ċertu risponsabbilita’ għala din l-iskola kienet bla liċenzja. Jiġifieri qed nifhem sew li Mario Mallia kien qed jopera bħala surmast fuq skola bla liċenzja u qatt ma talab jew ġibed l-attenzjoni biex l-iskola tirregolarizza ruħha? Kien hu responsabbli biex iġib din il-liċenzja għal din l-iskola l-ġdida tad-Dumnikani?
Dak li nista’ ngħid li d-Dumnikani ilhom sejrin biha din l-issue tal-liċenzja. Dak li jista’ jkun ikkonfermat li bħalissa t-tmexxija preżenti tal-iskola, b’mod partikolari r-Rettur, qed ikollu laqgħat mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex St. Albert ikollu kollox kif suppost jiġifieri l-kinder il-Fgura jkollha l-liċenzja biex topera bħal ma għandu l-kulleġġ fil-Belt Valletta. Fuq kollox, id-Dumnikani issa qed jaħdmu biex l-licenzja toħroġ fuq ir-Rettur u li r-rettur qed jaħdem id f’id mad-Dipartiment biex kollox jiġi rregolarizzat u jkun skont il-liġi.
Ngħid prosit lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni li qed jgħin ħafna biex kollox ikun in regola meta min suppost kien responsabbli biex japplika għal din il-liċenzja, qatt ma għamel dan.
B’hekk qed jiġi żgurat li t-tfal ma jbatux u jidħlu b’mod normali l-iskola fi ftit ġimgħat oħra.

Bhal li kieku jekk St Albert College ma ikolliex licenzja, ser ikun ta inkwiet ghad Dumnikani. Inkwiet ikun ghal Gvern u ghal genituri ghax irridu huma jaraw u ser jghamlu bit tfal. Fejn ser jibghatuhom u f’liema skola! Dan it thabbiel ta mohh ikun fuq il Gvern u il genituri biss! Ftit jew wisq ikun ukoll fuq l ghalliema u il haddiema, ghax ikunu iridu iffitxu xoghol gdid jekk il kullegg ikollu jghallaq. Id-Dumnikani ghal kwiet ikunu, Trouble Free!! Ahjar kulhadt izzhom xi haga go mohhu, li kieku il Knisja taghlaq u izzarma l’istizzjonijiet u is servizzi sociali taghha, il pajjiz, jikkrolla. Il Gvern, kull Gvern ma jiflahx jimla dak il vojt kollhu jekk ma ifaqqax xeba taxxi godda!!