L-istrateġisti fil-PN ġa qed jaħsbu għal Caretaker Manager għal wara l-elezzjonijiet Ewropej.

Minn persuna mid-Dar Ċentrali

Dan l-aħħar deher kumment fil-blog tiegħek minn ċertu John Bonnici. Is-Sur Bonnici ssuġġerixxa l-ħatra ta’ Caretaker Manager minflok Bernard Grech. Dan hu l-kumment tas-Sur Bonnici.

Dak li qal is-Sur Bonnici hija l-istrategija li qed tinħadem fil-qalba tal-PN bħalissa, mis-soltu fazzjoni li issa huwa ċar daqs il-kristall li fil-PN jiddettaw kollox huma.

Min hu midħla tal-PN jaf x’inhu l-pjan: dakinhar li joħrog ir-riżultat tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, Bernard Grech se jkollu jitlaq għax se jkun riżultat diżatruż ieħor. 

Minfloku jitpoġġa bħala kap interim jew aħjar caretaker manager (sal-elezzjoni ġenerali li jmiss), il-viċi-kap preżenti Dr Alex Perici Calascione.

Dr Perici Calascione se jkun il-ħaruf tas-sagrifiċċju. Iżda jkun serva ta’ kap sal-elezzjoni generali li, ma tridx wisq għerf, biex tifhem li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss il-PN se jerga’ jitlef bil-kbir. Tant hu hekk, li kif irrappurtajt tajjeb inti, issa anki ġurnalisti ta’ The Times qed jaraw kif jaqgħilu lira ma’ dan il-gvern.

Pero’ dan jispjega wkoll l-attakk qawwi li nfetaħ fuq l-avukat Joe Giglio.

Tal-fazzjoni qed jibżgħu li hekk kif joħroġ ir-riżultat diżastruż tal-Kunsilli Lokali u tal-Ewropa, l-avukat Giglio jiddikjara li lest iservi fil-kariga ta’ lap. 

Dan qed inissel biża’ kbir fost is-soltu klikka li ħatfet il-PN f’idejha. Jafu li b’Giglio bħala kap, il-ħakma tagħhom fuq il-PN tingħata daqqa ta’ ħarta kbira. Allura bdew jattakkawh minn issa biex jippruvaw jaqtagħlu qalbu. 

Fil-ġranet li gejjin, l-attakki fuq Giglio se jiżdiedu b’qilla kbira.

Jekk Giglio joħroġ għall-kap, iħarbtilhom il-pjanijiet tagħhom. Huma jafu li Roberta Metsola mhix se tinżel mill-Belgju biex tmexxi PN imfarrak, mingħajr ebda ċans li jirkupra sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. 

Għalhekk ser ipoġġu lil Perici Calascione biex jimla’ l-vojt għal ftit aktar minn sentejn. Jafu li billi jagħmlu hekk il-ħakma tagħhom fuq il-PN tibqa’ u dawk li huma deputati jafu wkoll li jmorru għall-elezzjoni ġenerali u b’xi mod jerġgħu jiġu eletti. 

Dawn hekk biss jinteressahom: li jżommu s-siġġu fil-Parlament u l-ħakma tagħhom fuq il-PN.

Naturalment, din l-istrateġija tkompli żżarma lill-PN, iżda l-interess personali tal-klikka huwa l-eżistenza tagħhom, mhux li l-PN jerġa’ jsib saqajh. 

Ħafna minnhom iffangaw kemm felħu taħt il-25 sena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti u komdi biżżejjed biex issa jkomplu jilgħabu bil-PN u jżommu l-poter f’idejhom. 

Nota editorjali: Għada dan is-sit ser ikomplu jippubblika aktar dwar l-istrateġija li qed tinbena bil-moħbi anki tal-istess kap preżenti Bernard Grech biex din il-klikka tkompli tasserixxi l-ħakma tagħha fuq il-Partit Nazzjonalista.

One thought on “L-istrateġisti fil-PN ġa qed jaħsbu għal Caretaker Manager għal wara l-elezzjonijiet Ewropej.

  1. Sir, you wrote: “Min hu midħla tal-PN jaf x’inhu l-pjan: dakinhar li joħrog ir-riżultat tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, Bernard Grech se jkollu jitlaq għax se jkun riżultat diżatruż ieħor.” Let me say that the next European Parliament elections are in 2024. If the PN is planning to wait till then to change its leader, it would need a funeral undertaker rather than a managing caretaker.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *