Ġurnalist ta’ The Times ma jiddejjaqx imexxi business breakfast ta’ dan il-gvern “korrott”

Qed inġib riklam li qed jidher f’The Times. Dan hu business breakfast tal-Gvern. Imma dak li joltoq li dan mhux biss riklam tal-gvern, imma li dan il-business breakfast ser ikun immexxi minn ġurnalsit ta’ The Times of Malta. Infatti, hu indikat li dan il-business breakfast ser ikun qed imexxih il-ġurnalista Ivan Martin. Matul dak li qed jissejjaħ business brunch, Ivan Martin qed ikun qed jimmodera d-diskussjoni dwar il-budget tal-gvern għall-2023.

Infakkar li The Times u sħabha għajru dan il-gvern korrott. Infakkar li The Times u sħabha għajruni li jien qed nieħu l-flus mingħand Yorgen Fenech. Ara issa, ġurnalist ta’ The Times ma jiddejjaqx jieħu flus mingħand gvern li jgħajruh korrott. Anzi Ivan Martin spiċċa jagħmel xogħol ta’ PRO tal-gvern.

Ma għandix problema li Ivan Martin imexxi dan il-business breakfast ta’ dan il-gvern jew ta liema gvern ikun. Il-problema tinsab fl-ipokreżija ta’ dawn il-media houses li jridu jgħajru lill-ħaddieħor, anki jekk ma jkollhomx bażi, l-aqwa li jħammġu u jkissru lin-nies, imma huma ma jiddejquxx imexxu attivitajiet tal-gvern.

Ma naħsibx li Ivan Martin ser imexxi din l-attivita’ għall-glorja t’Alla! Mhux hekk?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *