Claudette Buttigieg ser titħallas talli ser tippreżenta programmi fuq Net TV?
Claudette Buttigieg ħabbret li se terġa’ tibda tippreżenta programm fuq Net TV.
Din hija l-istess waħda, li fi żmien Adrian Delia, flimkien mal-Blue Heroes, kienet topponi biex ma tħallix impjegati tal-Medialink joħorġu u jitilgħu fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Fi żmien Adrian Delia dawn kienu għamlu minn kollox biex Louise Tedesco, Robert Cremona, Lisa Spiteri u oħrajn ma jitħallewx jikkontestaw għall-elezzjonijiet interni għax jippreżentaw fuq Net TV.
Issa m’hix tiddejjaq li hi, bħala membru tal-parlament, ser jkollha programm tagħha fuq NET TV!
U fuq kollox, se titħallas għal dan il-programm?
Għax meta kienet impjegata ta’ Medialink u membru tal-parlament, ma kinitx lesta tippreżenta u tipproduċi programmi biex tgħin lill-partit. Dak iż-żmien tieħu biss kienet, imma tagħti xi ħaġa lura xejn.
Niftakar li meta kxift din l-istorja kienet hedditni b’libell!
Tal-biki wkoll kif spiċċa Net TV.

diadema jonqosa biex tkun beata
Mela rega wasal il Eurovision?