The Times tiżvija lill-qarrejja dwar il-każ ta’ Fr. Luke Seguna; dak li missha investigat għala l-kurja għadha ma sabet lill-ħadd biex imexxi l-parroċċa ta’ Marsaxlokk.

Illum The Times tatna l-aħbar li lbieraħ, il-qorti ddeċidiet li Fr. Luke Seguna ser jgħaddi ġuri. It-terminu użat minn The Times huwa ‘to stand trail’. Issa min jaqra t-titlu, jaħseb li Fr. Luke Seguna ser jgħaddi ġuri, għax hekk wieħed jifhem fil-Malti bil-kelma “trail”. Fil-fatt li ser jiġri issa, kif ġa spjegajt f’artiklu ieħor, huwa l-atti tal-każ tiegħu jintbgħatu għand l-avukat ġenerali u jkun f’dan l-istadju fejn l-akkużat irid jiddeċidi jekk jgħaddix ġuri jew tkun il-qorti tal-maġistrati li tkompli tisma’ l-każ tiegħu.

Dak li jolqtok hu li waqt li The Times tagħtna dan it-titlu, meta wieħed jaqra ġewwa tal-artiklu jsib referenza kontinwa għall-fatt li x-xhieda kollha kienu favur Fr. Luke. Imma xorta, The Times ppruvat, permezz ta’ dan l-artiklu, toskura lill-akkużat, għaliex l-akkużat hu qassis. Nirrepeti li mix-xhieda li ġabet, ma ħareġ imkien li dan l-akkużat seraq jew fotta nofs miljun euro lill-kurja.

Mela dak li missha staqsiet The Times, jekk verament temmen fil-verita’, kif persuna – hu min hu – jitqiegħed taħt akkuża meta l-provi li ġabet il-pulizija huwa kollha favur l-akkużat u ma jippruvawx il-każ?

F’dan l-artiklu, The Times anki qalet li Fr. Luke Seguna huwa ‘former Parish Priest ta’ Marsaxlokk”. Ipso facto, Fr. Seguna għadu l-kappillan ta’ Marsaxlokk. Kull ma ġara hu li Fr. Seguna ġie sospiż. L-arċisqof qal li ser jibgħat amministratur. Dak li missha tinvestigat The Times huwa l-fatt għala sal-lum, Marsaxlokk għadu bħal amministratur.

Sallum, il-kurja għadha ma bagħtitx l-amministratur li wegħdet li ser tibgħat lix-Xlukkajri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *