Il-Malta Today tirrapporta li l-Knisja neħħiet l-objection li għamlet fuq bini mostruż li Newsbook irrapportat li qed jinbena fil-Manikata

Ħa nagħmel il-premessa tiegħi ċara. Ma naħsibx li l-knisja għandha tidħol fuq issue ta’ ppjanar tan-nies, jiġifieri l-knisja la għandha twaqqaf jew l-anqas tapprova proġetti li jkun hemm mal-bini tagħha, kemm jekk huwa xi kappella jew knisja jew bini ieħor. Għandha tibqa’ barra minn dawn il-kwistjonijiet. Il-Knisja għandha tkun ta’ kulħadd.

Imma issa hawn għandna dan il-każ tal-Manikata li milli jidher ġa ħoloq preċedent. Dan kien każ li bdietu l-media tal-Knisja Newsbook. Issa ħareġ li l-ewwel il-Knisja f’Malta għamlet objection u wara, skont kif qed ikun irrappurtat, wasslet għal xi ftehim mal-kuntrattur u neħħiet l-objection.

Dan mhux l-ewwel każ fejn l-amministrazzjoni tal-Knisja daħħlet fi trattattivi diretti mal-kuntratturi. Dan ser iwassal għal ħafna mistoqsijiet. Min ittrattata mal-kuntrattur f’dan il-każ?

Hawn jinsabu l-problemi tal-Kurja tal-Arċisqof. Mela fil-każ ta’ Fr. Luke Seguna, il-kurja kkostitwixxi lilha nnifisha parte civile kontra l-kappillan, u f’daqqa waħda, toħroġ storja fejn il-knisja tagħmel objection u mbagħad isiru meetings mal-kuntrattur u l-objection tispiċċa! ż

Mhux ta’ b’xejn li ħafna kappillani jżommu l-kontijiet tal-parroċċa fuq il-kont personali tagħhom u mhux ta’ b’xejn li l-knisja qed titlef il-fiduċja tan-nies!

One thought on “Il-Malta Today tirrapporta li l-Knisja neħħiet l-objection li għamlet fuq bini mostruż li Newsbook irrapportat li qed jinbena fil-Manikata

  1. “mhux ta’ b’xejn li l-knisja qed titlef il-fiduċja tan-nies!”……..hijla li tilfet il fiducja tan nies.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *